Left arrow Go Back

APPROVAT MILL-BOARD TAL-MEPA L-PROĠETT TA’ 200 TOMNA GHALL-BINI TA’ ŻONI INDUSTRIJALI

PR892
Date Icon 27/05/2004

APPROVAT MILL-BOARD TAL-MEPA L-PROĠETT TA’ 200 TOMNA GHALL-BINI TA’ ŻONI INDUSTRIJALI

“L-approvazzjoni tal-MEPA għall-proġett tal-200 tomna ta’ art għall-bini ta’ żoni ndustrijali ser jgħin biex self-employed u sidien ta’ negozji żgħar ikollhom fejn jaħdmu.” – is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo . 

“Ilha tinħass il-ħtieġa li negozji żgħar u s-self-employed ikollhom aktar spazju fejn jaħdmu.  Dan l-aħħar it-talba għal aktar spazju żdiedet, iżda art ma tantx kien hawn u dan għaliex is-sidien ta’ l-art minn dejjem kellhom id-dritt li jagħżlu meta u kif ibiegħu.  

“Din is-sitwazzjoni wasslet biex issir ħidma b’kordinazzjoni mal-MEPA biex din iċ-ċirkustanza tkun tista’ tiġi diskussa aktar fid-dettal u l-ħidma li issa ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tliet snin mis-Segretarjat tiegħi u l-MEPA wasslet biex il-MEPA toħroġ policy li tirregola kif għall-ewwel darba f’pajjiżna jistgħu joħorġu permessi għal 200 tommna ta’ art li jridu jinbnew b’ċertu kundizzjonijiet, biex l-iżvilupp tal-bini f’dawn l-industrial parks isir b’mod komprensiv.  

“Dan il-proġett ser igawdi minnu min għad irid jibda n-negozju tiegħu, min jixtieq ikabbar u m’għandux fejn, u min ma għandux il-permessi meħtieġa fejn qiegħed jaħdem u għalhekk qiegħed ifittex spazju fejn jaħdem bla ma jkollu min ifixklu.  

“Issa huwa mistenni li titkompla l-ħidma mas-sidien ta’ l-artijiet ikkonċernati, u dan biex ikun jista’ jinbeda l-proċess ta’ ippjanar għal kull industrial park.  Jiena sodisfatt ħafna li wasalna sa hawn.  Għad baqa’ ħafna xi jsir biex dan il-proġett isir realtà, iżda issa ħafna xogħol huwa lest u bħala kunċett ta’ ħsieb ġie aċċettat.  Dak li rridu nkomplu naħdmu fuqu issa huwa l-mod ta’ kif il-ħsieb isir realtà biex f’inqas minn sentejn oħra jkun possibbli li jkollna numru ta’ industrial parks mibnija biex jilqgħu fihom self-employed u negozji żgħar biex jaħdmu fihom b’kundizzjonijiet li jħarsu l-ambjent u s-saħħa fuq ix-xogħol, u jkun hemm l-organizzazzjoni kollha possibbli biex dawn l-industrial parksikunu żoni nodfa u organizzati.  

“Il-proċess tat-tħejjija għal dan il-proġett, li issa huwa lest, jiġi finalizzat meta jingħata l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.  Is-siti li fihom ser jinbnew dawn l-Industrial Parks jinsabu fil-Mellieħa, fl-Imġarr, fin-Naxxar, fil-Għargħur, fil-Mosta, fl-Imrieħel, f’Ħal-Għaxaq, f’San Ġwann, fl-Imqabba, fis-Siġġiewi u f’Ħaż-Żabbar” temm jgħid l-Onor. Edwin Vassallo.

DOI  27.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow