IFFIRMAT IL-FTEHIM DWAR L-‘AIR MALTA RESCUE PLAN’
IFFIRMAT IL-FTEHIM DWAR L-‘AIR MALTA RESCUE PLAN’
Il-Ministru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, Austin Gatt, illum ippresieda l-iffirmar tal-ftehim imsejjaħ "Air Malta Rescue Plan Agreement." Dan huwa ftehim li għandu jgħin biex l-Air Malta tkun tista’ tiffaċċja l-isfidi li għandha quddiemha.
Fid-diskors li gh amel waqt l-iffirmar, il-Ministru Austin Gatt fisser l-isfidi li qed tgħaddi minnhom il-linja nazzjonali ta’ l-ajru Maltija. Sfidi li ġejjin mit-turbulenzi li jeżistu fis-suq ta’ l-avjazzjoni, l-kompetizzjoni li joffru l-‘low cost airlines’, kif ukoll il-problemi internazzjonali li qed jikkontribwixxu għal instabilita’ fil-prezz tal-fuel.
Madanakollu, kompla Austin Gatt, llum qed nimmarkaw żvilupp importanti ħafna fl-istorja ta’ l-Air Malta. "L-impjegati kollha ta’ l-Air Malta, fil-livelli kollha tagħha, qed jistqarru li qed japprezzaw x’inhuma l-isfidi u l-problemi li għandha quddiemha l-Air Malta. Qed juru bil-fatti li għandhom għal qalbhom il-kumpanija u jridu jagħtu sehemhom biex tibqa’ ttir, egħlibna d-distinzjonijiet li kienu jeżistu fl-imgħoddu bejn it-taqsimiet differenti u “għamilna eżerċizzju fejn ilħaqna qbil ilkoll f’daqqa: niġbdu ħabel wieħed.” Pass ieħor importani kien, li ntemmu ħafna ‘misunderstandings’ bejn ‘management’ u ħaddiema.
Il-Ministru Austin Gatt qal li llum qed nimmarkaw ukoll sehem l-impjegati ta’ l-Air Malta fl-isforz biex il-linja tagħna tkun aktar kompetittiva. "Dan m’huwiex sempliċiment ftehim kollettiv".
Huwa saħaq li permezz ta’ dan il-ftehim dħalna fi prattiċi u drawwiet li ma kienu miktuba mkien u li, iżda, kienu qed jiswew lill-kumpanija flejjes kbar. Fuq kollox, intlaħaq ftehim dwar il-prinċipju tal-flessibilità biex nibdlu l-kulturi antiki ta’ riġidità – biex inkissru l-kultura ta’ "dak m’hux xogħoli".
Austin Gatt faħħar lill-unions u lill-ħaddiema għall-maturità li wrew f’dan l-eżerċizzju. Huwa stmat li b’dan il-ftehim tal-lum, se niffrankaw madwar Lm1.5 miljun.
Il-Ministru Gatt qal li bħala sid tal-kumpanija, il-Gvern għamel wkoll il-parti tiegħu u żied l-kapital tal-kumpanija anke qabel intlaħaq dan il-ftehim.
Dr Austin Gatt kompla li minbarra dan, il-Kumpanija qed twettaq programm ta’ tnaqqis ta’ l-ispejjeż li jinkludu: t-tnaqqis ta’ diversi allowances għal management u d-diretturi, u diversi miżuri oħra li “qed nintrabtu li nagħmluh fil-ftehim li għamilna llum, u li nistmaw li ser iwassal biex niffrankaw ukoll Lm3.75 miljuni mill-operat tagħna.
Il-Ministru Gatt kompla li issa jmiss lill-management li jimplimenta dak li ftehmna fuqu llum. Minbarra dan, il-management ukoll irid jaħdem għal żieda fid-dħul tal-kumpanija. Minn hawn u tlett snin oħra, d-dħul irid jiżdied b’Lm4.7 miljuni, spjega l-Ministru Austin Gatt.
Il-Ministru Gatt tkellem ukoll dwar l-inizjattiva li ħa, li fil-kumpanija Air Malta jitwaqqaf il-‘Works Council’. Dan qed isir biex nimlew il-vojt fir-relazzjoni bejn management u ħaddiema, biex niġbdu ħabel wieħed. Il-ħaddiema u l-unions tagħhom iridu jkunu jafu biżżejjed biex jikkontribwixxu fl-aħjar interess tal-ħaddiema; u jridu jkunu jistgħu jgħassu fuq il-management, li jwettaq dak li qed nimpenjaw ruhna li nagħmlu permezz ta’ dan il-ftehim.
Austin Gatt kompla li dan kien eżerċizzju ta’ djalogu importanti ħafna. Minbarra li hu personalment mexxa 39 siegħa ta’ taħdidiet intensivi, kien hemm madwar 130 siegħa ta’ taħdidiet bejn il-unions u l-management; riċerka mill-Management u mill-istaff tal-Ministeru, kif ukoll siegħat oħra ta’ taħdidiet informali.
Il-Ministru Gatt irringrazzja lis-Sur Emanuel Zammit (GWU), lis-sur Evan Cutajar (UCC), lil Kaptan Anton Galea (ALPA) u lis-Sur Adrian Rizzo (AAE), kif ukoll lill-membri tagħhom, għal impenn li wrew f’dan l-eżerċizzju. Il-Ministru ha wkoll l-okkazjoni biex jirringrazzja lill-Avukat George Abela, li kellu rwol importanti biex intlaħaq qbil għal dan il-ftehim.
Il-ftehim gie ffirmat minn Emanuel Zammit għan-nom tal-GWU, Evan Cutajar għan-nom tal-Union tal-Cabin Crew, Anton Galea għal Union tal-Piloti, Adrian Rizzo għal Union ta’ l-Inġiniera, u minn Lawrence Zammit bhala Chairman tal-Kumpanija Air Malta.
…/Kopja tal-ftehim.(pdf format)
DOI – 26.05.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937