Left arrow Go Back

IFFIRMAT IL-FTEHIM DWAR L-‘AIR MALTA RESCUE PLAN’

PR885
Date Icon 26/05/2004

IFFIRMAT IL-FTEHIM DWAR L-‘AIR MALTA RESCUE PLAN’


Il-Ministru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, Austin Gatt, illum ippresieda l-iffirmar tal-ftehim imsejjaħ "Air Malta Rescue Plan Agreement." Dan huwa ftehim li għandu jgħin biex l-Air Malta tkun tista’ tiffaċċja l-isfidi li għandha quddiemha.

Fid-diskors li gh amel waqt l-iffirmar, il-Ministru Austin Gatt fisser l-isfidi li qed tgħaddi minnhom il-linja nazzjonali ta’ l-ajru Maltija. Sfidi li ġejjin mit-turbulenzi li jeżistu fis-suq ta’ l-avjazzjoni, l-kompetizzjoni li joffru l-‘low cost airlines’, kif ukoll il-problemi internazzjonali li qed jikkontribwixxu għal instabilita’ fil-prezz tal-fuel.

Madanakollu, kompla Austin Gatt, llum qed nimmarkaw żvilupp importanti ħafna fl-istorja ta’ l-Air Malta. "L-impjegati kollha ta’ l-Air Malta, fil-livelli kollha tagħha, qed jistqarru li qed japprezzaw x’inhuma l-isfidi u l-problemi li għandha quddiemha l-Air Malta. Qed juru bil-fatti li għandhom għal qalbhom il-kumpanija u jridu jagħtu sehemhom biex tibqa’ ttir, egħlibna d-distinzjonijiet li kienu jeżistu fl-imgħoddu bejn it-taqsimiet differenti u “għamilna eżerċizzju fejn ilħaqna qbil ilkoll f’daqqa: niġbdu ħabel wieħed.” Pass ieħor importani kien, li ntemmu ħafna ‘misunderstandings’ bejn ‘management’ u ħaddiema.

Il-Ministru Austin Gatt qal li llum qed nimmarkaw ukoll sehem l-impjegati ta’ l-Air Malta fl-isforz biex il-linja tagħna tkun aktar kompetittiva. "Dan m’huwiex sempliċiment ftehim kollettiv".

Huwa saħaq li permezz ta’ dan il-ftehim dħalna fi prattiċi u drawwiet li ma kienu miktuba mkien u li, iżda, kienu qed jiswew lill-kumpanija flejjes kbar. Fuq kollox, intlaħaq ftehim dwar il-prinċipju tal-flessibilità biex nibdlu l-kulturi antiki ta’ riġidità – biex inkissru l-kultura ta’ "dak m’hux xogħoli".

Austin Gatt faħħar lill-unions u lill-ħaddiema għall-maturità li wrew f’dan l-eżerċizzju. Huwa stmat li b’dan il-ftehim tal-lum, se niffrankaw madwar Lm1.5 miljun.

Il-Ministru Gatt qal li bħala sid tal-kumpanija, il-Gvern għamel wkoll il-parti tiegħu u żied l-kapital tal-kumpanija anke qabel intlaħaq dan il-ftehim.

Dr Austin Gatt kompla li minbarra dan, il-Kumpanija qed twettaq programm ta’ tnaqqis ta’ l-ispejjeż li jinkludu: t-tnaqqis ta’ diversi allowances għal management u d-diretturi, u diversi miżuri oħra li “qed nintrabtu li nagħmluh fil-ftehim li għamilna llum, u li nistmaw li ser iwassal biex niffrankaw ukoll Lm3.75 miljuni mill-operat tagħna.

Il-Ministru Gatt kompla li issa jmiss lill-management li jimplimenta dak li ftehmna fuqu llum. Minbarra dan, il-management ukoll irid jaħdem għal żieda fid-dħul tal-kumpanija. Minn hawn u tlett snin oħra, d-dħul irid jiżdied b’Lm4.7 miljuni, spjega l-Ministru Austin Gatt.

Il-Ministru Gatt tkellem ukoll dwar l-inizjattiva li ħa, li fil-kumpanija Air Malta jitwaqqaf il-‘Works Council’. Dan qed isir biex nimlew il-vojt fir-relazzjoni bejn management u ħaddiema, biex niġbdu ħabel wieħed. Il-ħaddiema u l-unions tagħhom iridu jkunu jafu biżżejjed biex jikkontribwixxu fl-aħjar interess tal-ħaddiema; u jridu jkunu jistgħu jgħassu fuq il-management, li jwettaq dak li qed nimpenjaw ruhna li nagħmlu permezz ta’ dan il-ftehim.

Austin Gatt kompla li dan kien eżerċizzju ta’ djalogu importanti ħafna. Minbarra li hu personalment mexxa 39 siegħa ta’ taħdidiet intensivi, kien hemm madwar 130 siegħa ta’ taħdidiet bejn il-unions u l-management; riċerka mill-Management u mill-istaff tal-Ministeru, kif ukoll siegħat oħra ta’ taħdidiet informali.

Il-Ministru Gatt irringrazzja lis-Sur Emanuel Zammit (GWU), lis-sur Evan Cutajar (UCC), lil Kaptan Anton Galea (ALPA) u lis-Sur Adrian Rizzo (AAE), kif ukoll lill-membri tagħhom, għal impenn li wrew f’dan l-eżerċizzju. Il-Ministru ha wkoll l-okkazjoni biex jirringrazzja lill-Avukat George Abela, li kellu rwol importanti biex intlaħaq qbil għal dan il-ftehim.

Il-ftehim gie ffirmat minn Emanuel Zammit għan-nom tal-GWU, Evan Cutajar għan-nom tal-Union tal-Cabin Crew, Anton Galea għal Union tal-Piloti, Adrian Rizzo għal Union ta’ l-Inġiniera, u minn Lawrence Zammit bhala Chairman tal-Kumpanija Air Malta.

…/Kopja tal-ftehim.(pdf format)

DOI – 26.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow