APPROVATI FONDI GHALL-MODERNIZZAR TAL-BICCERIJA F’ GHAWDEX
APPROVATI FONDI GHALL-MODERNIZZAR TAL-BICCERIJA F’ GHAWDEX
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent responsabbli mill-Agrikoltura u s-Sajd, l-Onor. Dr. Francis Agius, meta kien qed jitkellem ma’ rahhala u bdiewa Ghawdxin, habbar li l-Kabinett tal-Ministri approva s-somma ta’ mhux inqas minn Lm268,000 biex tigi modernizzata l-biccerija ta’ Ghawdex.
Dan ser issir issa, li Malta dahlet fl-Unjoni Ewropea. Dan huwa ta’ importanza ghal bdiewa Ghawdxin ghax issa anke l-biccerija ta’ Ghawdex ser tkun fuq il-livelli Ewropej. Dr. Agius qal ukoll li permess ta’ fondi mill-protokol Taljan, il-Gvern Malti ser jibni incineratur biex permezz tieghu, il-fdalijiet ta’ annimali jkunu jistghu jigu disposti skond ir-regoli sanitarji u dawk Ewropej.
Dr. Agius spjega li l-biccerija ta’ Ghawdex ghaddejja minn fazi ta’ ristrutturar, bl-iskop li dan il-post ikun skond kriterji Ewropej. Dan ix-xoghol qieghed isir biex il-konsumatur ikollu laham frisk, mahdum taht l-aqwa igjene u taht l-ahjar kundizzjonijiet sanitarji. B’hekk tkun qed tigi mharsa aktar, sahhet il-konsumaturi.
Dan huwa l-frott li diga bdejna nahsdu bid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan huwa bil-maqlub ta’ dak kollu li kien jinghad fil-passat, peress li kien hemm min allega li dan is-settur se jinqered bid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dr. Agius heggeg lil bdiewa u rahhala Maltin u Ghawdxin biex jaghmlu l-kuragg u jharsu l-quddiem biex l-opportunitajiet li ghandhom quddiemhom, isarrfuhom u jehduhom b’success.
DOI – 26.05.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937