Left arrow Go Back

APPROVATI FONDI GHALL-MODERNIZZAR TAL-BICCERIJA F’ GHAWDEX

PR882
Date Icon 26/05/2004

APPROVATI FONDI GHALL-MODERNIZZAR TAL-BICCERIJA F’ GHAWDEX

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent responsabbli mill-Agrikoltura u s-Sajd, l-Onor. Dr. Francis Agius, meta kien qed jitkellem ma’ rahhala u bdiewa Ghawdxin, habbar li l-Kabinett tal-Ministri approva s-somma ta’ mhux inqas minn Lm268,000  biex  tigi modernizzata l-biccerija ta’ Ghawdex.  

Dan ser issir issa, li Malta dahlet fl-Unjoni Ewropea. Dan huwa ta’ importanza ghal bdiewa Ghawdxin ghax issa anke l-biccerija ta’ Ghawdex ser tkun fuq il-livelli Ewropej.  Dr. Agius qal ukoll li permess ta’ fondi mill-protokol Taljan, il-Gvern Malti ser jibni incineratur biex permezz tieghu,  il-fdalijiet ta’ annimali jkunu jistghu jigu disposti skond ir-regoli sanitarji u dawk Ewropej.  

Dr. Agius spjega li l-biccerija ta’ Ghawdex ghaddejja minn fazi ta’ ristrutturar, bl-iskop li dan il-post ikun  skond kriterji Ewropej. Dan ix-xoghol qieghed isir biex il-konsumatur ikollu laham frisk, mahdum taht l-aqwa igjene u taht l-ahjar kundizzjonijiet sanitarji. B’hekk tkun qed tigi mharsa aktar, sahhet il-konsumaturi.  

Dan huwa l-frott li diga bdejna nahsdu bid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan huwa bil-maqlub  ta’ dak kollu li kien jinghad fil-passat, peress li kien hemm min allega li dan is-settur se jinqered bid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dr. Agius heggeg lil bdiewa u rahhala Maltin u Ghawdxin biex jaghmlu l-kuragg u jharsu l-quddiem biex l-opportunitajiet li ghandhom quddiemhom, isarrfuhom u  jehduhom b’success. 

DOI – 26.05.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow