Left arrow Mur Lura

WATER STORM PROJECT - PROGRESS SOSTANZJALI FIL-PROGETTI RELATATI MA’ L-GHARGHAR

PR881
Date Icon 26/05/2004

Il-Xoghlijiet fuq il-progett  li ghandu jwassal sabiex ikunu evitati gharghar fl-inhawi ta’ Hal-Qormi u l-Marsa jinsab ghaddej b’ritmu mghaggel. Dan qalu l-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit meta zar ix-xoghlijiet biex isegwi l-progress ta’ l-ewwel fazi ta’ dan il-progett ambizzjuz.

Wara l-maltempata tal-15 ta’ Settembru tas-sena l-ohra, il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura kien inkariga grupp ta’ Periti u Inginiera mit-Taqsima tax-Xoghlijiet sabiex jevalwaw il-hsarat kagunati u sussegwentament ifasslu pjan sabiex jibda x-xoghol b’mod immedjat halli l-problemi ta’ dakinhar ma jergghux jirrepetu ruhom.

L-ewwel pass ta’ l-istudju kien jikkonsisti li jigi determinat il-kagun tal-hsara li saret wara dik il-maltempata. L-istudji kkonkludew li fil-Marsa u Hal-Qormi, l-inhawi l-iktar suggetti ghall-gharghar, kienu minn Triq Manuel Dimech, jigifieri l-Marsa Catchment, sa hdejn Xatt il-Mollijiet biswiet Cassar Shipyard. Gie mfassal pjan ta’ twessigh u manutenzjoni tal-wied jew watercourse biex ikun jista’ jlahhaq ma’ volumi kbar ta’ ilma tax-xita.  L-istudju kien jinkludi wkoll program ta’ xoghol biex jigu modifikati diversi strutturi li jinsabu fil-‘water course’  bil-ghan li ma jfixklux il-volum ta’ l-ilma f’maltempati simili.  

Il-Perit Ninu Zammit stqarr li x-xoghol ta’ twessiegh tal-water course li jghaddi bejn in-Nylon Knitting u l-fabbrika tal-Lowenbrau issa huwa lest u fil-granet li gejjin se jitwaqqqa` l-bridge f’Lion Street sabiex jitnehhew strutturi li kienu qed ikunu ta’ mblokk ghall-ilma. Minflok ser jinbena bridge gdid ta’ 12-il metru li jippermetti passagg ta’ volum akbar ta’ ilmijiet.  

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li dan il-progett hu maqsum f’zewg fazijiet u jkopri wkoll xoghlijiet simili f’Burmarrad u s-Salina. L-ewwel fazi tikkonsisti fi twessiegh tal-water courses, iddevjar ta’ cables ta’ l-elettriku, twaqqiegh ta’ strutturi li kienu qed itellfu jew jimblukkaw il-korsa ta’ l-ilma, twaqqiegh u bini mill-gdid ta’ pontijiet kif ukoll bini ta’ hitan bhala retaining walls. Dawn ir-retaining walls qed jinbnew b’vazi tal-gebel maqtughin bit-talut. Il-gebel jew vazi qed jigu maqtugha fil-barriera tal-Gvern f’tar-Robba fejn ricentament sar investiment b’xiri ta’ makkinarju specjali li kapaci  jaqta’ l-gebla skond il-bzonn tal-progett koncernat. Ma’ dan ix-xoghol ukoll se jsir tindif (dredging) fil-kanal tax-Xatt il-Mollijiet fil-Marsa u fis-sokkorsu tas-Salina.  Ser jitkompla ukoll t-tindif tal-widien kollha li jwasslu ghal dawn il-water courses sabiex jigi evitat kull imblokk possibli.  

Il-Ministru Ninu Zammit qal li l-Gvern hu kommess li l-ewwel fazi ta’ dan il-progett tkun kompluta fl-istagun tal-Harifa. Din l-ewwel fazi se tkopri korsa ta’ madwar 1500 metru minn Hal-Qormi sal-Marsa. Eventwalment il-medda ta’ xoghlijiet minn Burmarrad sas-Salini ser tkun ta’ madwar 1200 metru.  

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura tenna li mill-kliem issa l-Gvern ghadda ghall-implimentazzjoni rigward din il-problema ta’ l-gharghar fil-Marsa, Hal-Qormi u f’Burmarrad. Hawnhekk il-Ministru rrefera ghat-talba milqugha li Malta ssottomettiet, b’relazzjoni mal-hsarat li pajjizna garrab f’Settembru tas-sena l-ohra. Hu qal li l-investiment globali li se jintefaq ghal dawn il-progetti taqbez ‘l fuq minn miljun Lira Maltin, li minnhom madwar Lm450,000 inghataw lill-Malta mill-Fond tas-Solidarjeta` ta’ l-UE.  

Finalment il-Ministru tenna wkoll li x-xoghol kollu fuq dan il-progett fl-inhawi ta’ Hal-Qormi u tal-Marsa, kif ukoll la jinbeda x-xoghol f’Burmarrad qed isir  mill-haddiema tal-Gvern li qeghdin jahdmu fuq programm ta’ xoghlijiet stabbilit bil-ghan li bil-kooperazzjoni ta’ kulhadd, dan il-progett jhalli l-frott mixtieq. Il-Ministru Ninu Zammit irringrazzja lill-Periti u l-haddiema kollha nvoluti f’dan il-progett kif ukoll lid-dirigenti tal-Marsa Sports Club u tal-Marsa Golf Club li qedghin  jikkoperaw bis-shih f’dan il-progett.

DOI – 26.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow