JINAWGURA BINI GDID GHALL-AMBAXXATA MALTIJA F’BEIJING FIC-CINA
Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Investiment, l-Onor. John Dalli, nhar it-Tlieta, fetah ufficjalment il-bini l-gdid tal-ambaxxata Maltija f’Beijing, ic-Cina. Fid-diskors tal-inawgurazzjoni, il-Ministru Dalli fakkar fir-relazzjonijiet eccellenti li jezistu bejn Malta u c-Cina u awgura li dawn ikomplu jizviluppaw ghall-gid taz-zewg pajjizi. Il-Ministru Dalli sahaq li Maltaghandha pozizzjoni gdida fl-Unjoni Ewropea li taghtiha vuci importanti u maghha ggib reponsabiltajiet godda.
Il-Ministru semma’ li jezisti spazju shih sabiex jitkabbru il-kummerc u l-investiment bejn Malta u c-Cina kif ukoll jizdied it-Turizmu. F’dan il-kuntest, il-Ministru insista li jridu jinstabu mezzi sabiex tithaffef is-sistema tal-ipprocessar tal-vizi sabiex jigi stimulat it-turizmu Ciniz, inkluz dak tal-istudenti li jitghallmu l-Ingliz.
Fl-istess gurnata wara nofs in-nhar, saret il-laqgha tal-Kummissjoni Mhallta Maltija-Ciniza preseduta konguntament mill-Ministru John Dalli u l-Vici-Ministru Ciniz tal-Finanzi u l-Kummerc, Zhang Zhigang.
Il-Vici Ministru Zhigang ferah lill-Gvern Malti ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Iz-zewg nahat sahqu fuq il-progress kontinwu li sar fir-relazzjonijiet politici u ekonomici li kull ma jmur qed jissahhu. Il-Ministru Dalli semma’ l-fatt li c-Cina dejjem tat l-ghajnuna taghha lil Malta minghajr ebda rbit filwaqt li, min-naha l-ohra, Malta kienet ta’ ghajnuna lic-Cina f’dak li kien hemm bzonn. Hu zied ukoll li Malta bhala membru fl-Unjoni Ewropea tkompli taghti s-sostenn taghha lic-Cina b’kull mod possibbli.
Fost is-suggetti diskussi kien hemm il-Freeport u kif dan jista’ jintuza mic-Cina ghall-hazna u r-ridistribuzzjoni ta’ merkanzija Ciniza lejn l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq. Gie suggerit ukoll li l-kumpannija China Shipping tikkonsidra l-possibilita’ li tifforma parti mill-konsorzju li se jopera l-Freeport. Il-Ministru Dalli fisser kif intraprizi Cinizi jistghu juzaw lil Malta bhala ‘hub’ fil-Mediterran ghal titjiriet bl-ajru, it-trasport marittimu, centru ta’ manifattura fejn jizdied il-valur mizjud necessarju biex ikollhom access ghas-swieq tal-Unjoni, bhala centru ta’ distribuzjoni u bhala lokalita’ logistika fil-Mediterran.
Min-naha Ciniza, intweriet ix-xewqa li Malta tappoggja fi hdan l-Unjoni Ewropea r-rikjesta taghhom li c-Cina tigi moghtija l-istatus ta’ “market economy” li tippermetti c-Cina access komplet ghas-suq tal-Unjoni. Il-Ministru Dalli wiegeb li Malta kienet informata dwar il-progress tat-talba Ciniza fl-Unjoni Ewropea u li Malta kienet qed issegwi mill-qrib l-izviluppi f’din il-materja.
DOI – 26.05.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937