SKOLASAJF - PROGRAMM KREATTIV GĦALL-ISTUDENTI
SKOLASAJF - PROGRAMM KREATTIV GĦALL-ISTUDENTI
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi Louis Galea nieda d-disa’ edizzjoni tal-programm Skolasajf. Il-programm Skolasajf joffri l-opportunità lill-istudenti li jkollhom programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv, ikunu qed jilagħbu u jitgħallmu ma’ sħabhom. Skolasajf toffri wkoll l-opportunità lill-ġenituri speċjalment dawk li jaħdmu, biex fil-ħinijiet tax-xogħol, ikunu moħħhom mistrieħ dwar x’qed jagħmlu t-tfal.
Skolasajf 2004 ser tiftaħ il-bibien tagħha bejn l-14 ta’ Lulju u s-7 ta’ Settembru 2004, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m. Il-Programm hu miftuħ għat-tfal tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji kollha (Stat, Knisja u Indipendenti). Iċ-ċentri tas-Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex biex kulħadd ikun moqdi.
Il-Ministru Galea qal li t-tema magħżula għal din is-sena hija “Nikbru b’Valuri Sportivi”. Ser niffukaw fuq dawn il-Valuri - Impenn, Kuraġġ, Parteċipazzjoni, Rispett u Ħbiberija. Dan fl-okkażjoni tas-sena Ewropea ta’ l-Edukazzjoni permezz ta’ l-Isports.
Madwar 4,000 tifel u tifla mill-iskejjel statali, tal-knisja, u indipendenti, jipparteċipaw fi Skolasajf. Jieħdu sehem ukoll madwar 330 studenti Universitarji li qed isegwu korsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni u madwar 130 kapijiet/assistenti kapijiet/għalliema bħala ko-ordinaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf. Tfal li jattendu l-iskola bl-għajnuna tal-‘facilitator’ se jkollhom dan is-servizz ukoll għall-Programm Skolasajf filwaqt li dawk it-tfal li jattendu l-iskejjel speċjali se jkollhom programmi apposta.
Hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk l-istudenti li tul is-sena skolastika jingħataw s-servizz ta’ l-għajnuna kumplimentari. Dan il-programm hu maħsub apposta biex jgħin lil dawn l-istudenti jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni.
L-applikazzjonijiet għal skolasajf jistgħu jinkisbu mill-iskejjel primarji jew inkella minn fuq il-website tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni www.education.gov.mt L-applikazzjonijiet għandhom jaslu fl-iskejjel fejn t-tfal ikunu se jattendu, sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju. Hemm ħlas nominali ta’ Lm 5 għal kull tifel jew tifla.
DOI – 25.05.2004
Informazzjoni Dwar il-Programm Skolasajf 2004
L-iskopijiet ewlenin ta’ Skolasajf (Skejjel Primarji) huma:
· Li joffri lill-istudenti tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji programm ta’ attivitajiet edukattivi u rikreattivi li jagħtu tagħlim informali li jikkumplimenta u jsaħħaħ dak li jkun sar fis-sena skolastika.
· Li tipprovdi lill-istudenti tal-B.Ed u studenti minn fakultajiet oħra, li jkunu fl-ewwel, t-tieni u t-tielet sena tal-kors tagħhom, opportunitajiet li josservaw u jikkomunikaw mat-tfal. Dan isir f’sitwazzjonijiet kreattivi u mhux daqshekk formali bħal ma jkunu matul is-sena skolastika.
· Li jagħti lill-ġenituri, speċjalment lil dawk li jaħdmu, l-opportunita` li jsibu post adattat għall-kura ta’ wliedhom waqt il-vaganzi tas-Sajf.
PROGRAMM TA’ SKOLASAJF 2004
Seminar għall- Ko-Ordinaturi kollha
Nhar it-Tnejn 12 ta’ Lulju ser isir ‘seminar’ ta’ preparazzjoni għall-ko-ordinaturi kollha. L-Iskop ewlieni ta’ dan is-seminar huwa li jkun hemm ko-ordinament mill-aħjar bejn il-proġetti speċjali kollha.
Programm għall-iSkejjel Primarji
Il-Programm ta’ ħidma għat-tfal fi Skolasajf jinkludi sessjonijiet ta’ tpinġija, drama, żfin, kant, mima, diskussjonijiet, sport u żjarat f’postijiet kulturali, industrijali u kummerċjali kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq skala nazzjonali, per eżempju: fabbriki, mużewijiet, stazzjonijiet tar-radju, knisja parrokkjali, banek u uffiċċji, u Kunsilli Lokali.
Minħabba xogħol ta’ kostruzzjoni f’diversi skejjel, saru arranġamenti meħtieġa biex it-tfal kollha jiġu offruti s-servizz ta’ Skolasajf. F’dan ir-rigward sibna għajnuna kemm minn Kunsilli Lokali u mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.
“Inħobb Nilgħab” Weetabix Fun Games Festivals
Matul l-ewwel gimgħat ta’ Skolasajf ser isiru attivitajiet reġjonali bejn 5 / 6 Ċentri fuq bażi eliminatorja. Dawk iċ-ċentri li jikkwalifikaw minn din il-fażi, jikkompetu f’attivita’ Nazzjonali fl-aħħar tas-sajf waqt il-Fieramaratona.
Animaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf
Għal ewwel darba grupp ta’ ħames għalliema/animaturi ser iżuru diversi Ċentri ta’ Skolasajf sabiex jorganizzaw logħob u attivitajiet kreattivi. Dan il-grupp kien mar għal ħmistax il-ġurnata ta’ taħriġ ġewwa t-Tuneżija waqt il-vaganzi tal-Għid 2004.
Matul l-ewwel ġimgħa ta’ Skolasajf ser ikun hawn grupp ta’ Animaturi minn Bradford li flimkin ma’ l-Animaturi Maltin ser imexxu programm ta’ Animazzjoni f’wieħed miċ-Ċentri ewlenin ta’ Skolasajf.
Kunsilli ta’ l-Istudenti waqt Skolasajf
Għall-ewwel darba kull Ko-Ordinatur ta’ kull Ċentru ta’ Skolasajf ser ikun mitlub, sabiex iwaqqaf kunsill ta’ l-istudenti.
Programm għal-tfal tal-Immigranti
Qed jiġi ppjanat Programm għat-Tfal ta’ l-immigranti, b’mod partikulari għall dwak li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-iskop ewlieni huwa li dawn it-tfal jiġu mgħejjunin f’dawk l-oqsma, li fihom isibu diffikulta, b’mod speċjali rigward lingwa/i.
Programmi Speċjali fl-iskejjel
Dawn il-programmi jinkludu:
· Diskussjonijiet mill-Aġenzija Sedqa
· Thinking Skills
· Programmi ta’ ħarsien tal-wirt kulturali -Fondazzjoni Wirt Artna/ Din l-Art Helwa (It-torri Mamo)
· Healthy Breakfast Days
· Ħarsien ta’ l-Annimali - S.P.C.A.
· Ganutell
· Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’diżabilita’
· Programm Kreattiv fil-Kavallier ta’ San Gakbu.
· Żjarat – Radju ta’ l-Universita’ - CAMPUS FM
· First Aid Junior Course - Red Cross
Progammi Sportivi
Tenpin Bowling
Chess
Table Tennis
Basketball
Triathlon
Teenis
Weightlifting
Netball
Karate
Kull student se jipparteċipa f’xi wieħed/jew aktar minn dawn il-programmi.
Programm għall-iskejjel speċjali
Il-Programm ta’ Skolasajf ser jiġi offrut ukoll f’dawn l-Iskejjel Speċjali.
| Hellen Keller | - Qrendi |
| San Miguel | - St. Andrews |
| Guardian Angel | - Ħamrun |
| Dun Manwel Attard | - Wardija |
| Profs Guze Aquilina Special Unit | - Sannat |
Fieramaratona
Kif isir kull sena Skolasajf tagħlaq bil-“Fieramaratona” li ser issir bejn l-1 u l-5 ta’ Settembru, fil-Liceo tal-Bniet Maria Regina l-Blata l-Bajda. L-għanijiet ewlenin ta’ din il-fiera huma li:
Tiġbor flimkien eżempji tax-xogħol tat-tfal f’wirja nazzjonali
Tagħti opportunita’ lill-iskejjel li juru attivitajiet kulturali (per eżempju mima, drama, sport u kant)
Klabbsajf
L-għan ta’ dan il-programm hu li jilħaq lil dawk it-tfal li matul is-sena skolastika 2003/2004 kienu jirċievu għajnuna kumplimentari. Il-Programm Klabbsajf ser jiftaħ f’dawn iċ-Ċentri:
Malta |
Other Press Releases:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937