Left arrow Go Back

FTUĦ TA’ ĠINNASJU ĠDID FL-ISKOLA ST. MONIKA

PR859
Date Icon 24/05/2004

FTUĦ TA’ ĠINNASJU ĠDID FL-ISKOLA ST. MONIKA

“L-isport huwa ferm importanti għas-saħħa u l-edukazzjoni ta’ uliedna, u dan qed jiġi nfurzat ukoll mill-Unjoni Ewropea li qegħda ssejjaħ din is-sena – is-Sena Ewropea ta’ l-Edukazzjoni permezz ta’ l-Isport (EYES).”  Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żagħżagħ u Impjiegi, Louis Galea waqt id-diskors tal-ftuħ tal-ġinnasju l-ġdid fl-iskola ta’ Santa Monika.

Dan l-aħħar qegħdin naraw diversi skejjel privati li qed jinvestu f’faċilitajiet sportivi.  Fost l-oħrajn insibu San Alwiġi, De La Salle, Savio College, San Anton, San Andrea u issa anke dan il-kulleġġ tal-bniet li ser isemmi dan il-ġinnasju “Teresa Spinelli” li kienet il-fundattriċi ta’ skola tal-bniet fi Frosinone, fl-1821.

L-attività fiżika hemm bżonn li jkollha post akbar fil-kultura tagħna, u l-ġurnata u t-timetable ta’ l-iskola trid tagħti ċ-ċans lit-tfal jużaw l-enerġija tagħhom fl-isport.  Infatti, mis-sena skolastika li ġejja, l-MCAST ser ikollu module li jinkludi attività sportiva obbligatorja.  Il-bini ta’ dawn il-faċilitajiet fi skola privata huwa wkoll pass ieħor konkret sabiex innisslu fil-kultura tagħna l-bżonn u l-benefiċċji ta’ l-attività fiżika.  L-iskejjel tal-gvern ukoll mexjin f’din id-direzzjoni u beda wkoll ix-xogħol ta’ ppjanar fuq il-Kumpless tal-Karwija li huwa parti mill-Kampus ta’ skola sekondarja.

“Din l-inizjattiva tal-Kulleġġ ta’ St. Monika hija sinjal ċar ta’ min għandu għal qalbu it-trobbija ta’ uliedna u ta’ min ifaħħar proġett bħal dan, b’mod speċjali għax qiegħed fi skola tal-bniet, li mhix ħaġa komuni”, tenna l-Ministru Galea.

DOI – 24.05.2004
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow