Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. FRANCIS AGIUS JINDIRIZZA L-LAQGHA GENERALI ANNWALI TAL-PRODUTTURI TAL-HALIB

PR1076
Date Icon 28/06/2004

Is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Biedja u s-Sajd, l-Onor. Dr. Francis Agius il-bierah indirizza l-laqgha generali annwali tal-produtturi tal-halib. 

Dr. Agius spjega li llum ir-rahhal ghaddej minn fazi ta’ tibdil f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-istruttura ta’ l-irziezet, il-merhliet u l-kwalita’ tal-halib frisk. F’dak li jirrigwardja t-tigdid ta’ l-irziezet, Dr. Agius qal li l-Gvern qieghed jipprovdi diversi skemi ta’ ghajnuniet strutturali u teknici, kif ukoll attenzjoni fuq il-manigg u l-indafa ta’ l-irziezet.  

F’dak li ghadu x’jaqsam mal-merhliet, kompla Dr. Agius, id-dipartiment ilu ghaddej bil-monitoragg tieghu tal-merhliet biex dan inaqqas l-ispejjez lir-rahhal u fuq kollox titjieb il-kwalita’ tal-halib frisk ta’ kuljum.  

Dr. Agius qal li tajjeb li l-publiku jkun jaf li biex il-halib frisk ta’ kuljum jasal ghand il-mara tad-dar,  il-Malta Dairy Products (MDP) qed taghmel investiment ta’ Lm2 miljuni. Din in-nefqa kapitali qeghda ssir biex jigi investit f’apparat ta’ teknologija l-aktar moderna w avanzata.  

Dawn il-mizuri kollha diga’ qeghdin jghatu l-frott mixtieq, qal Dr.Agius, billi l-kwalita’ tal-halib tjiebet u l-produzzjoni tal-halib frisk Malti saret iktar kompettitiva.  

Dan hu ta’ awgurju tajjeb ghall-konsumatur li issa ghandu halib frisk u bnin ta’ kuljum. Mill-banda l-ohra, huwa ta’ awgurju tajjeb ghar-rahhal li qieghed issahhah il-hobza tieghu ta’ kull jum, temm jghid Dr. Agius.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow