Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO JINDIRIZZA LAQGHA GHALL-IMPORTATURI: SORVELJANZA STRETTA FUQ IS-SUQ LOKALI

PR1061
Date Icon 24/06/2004

L-eżerċizzju ta’ sorveljanza fis-suq qed jiffunzjona.  It-‘trend’ fl-importazzjoni qed tistabbilizza ruhha u l-prodotti manifatturati f’Malta li huma prodotti ta’ kwalita’, baqgħu fost il-favoriti għall-konsumaturi. 

Sa’ issa qed  ikunu nnotati dawn l-issues:  

1.         Qed ikun allegat li d-Dwana qed topera bi proċeduri li l-importaturi qed isostnu li f’pajjiżi oħra m’humiex jintużaw.

2.         L-importazzjonitat-tiġieġ tidher li għad trid tonqos u ta’ min jinnota li l-iżjed li ġew importati huma ‘drum sticks’.  F’dan is-settur, jidher li l-importazzjoni mhux qed tissodisfa d-domanda.  Hawn jidher li kemm-il darba ser ikollna l-impjanti Maltin tal-qtil tat-tiġieġ magħluqa, allura jista’ jkollna nuqqas ta’ provvista ta’ tiġieġ.  

3.         Dwar l-importazzjoni tal-laħam, hawn diffikulta’ bin-nuqqas t’għarfien ta’ meta ser toħroġ il-kwota li jmiss.  Jidher ukoll  li setgħa nbiegħ lejn l-Italja, laħam li kien importat f’Malta qabel l-ewwel ta’ Mejju.  Infatti hawn min jikkummenta li minkejja l-abbundanza ta’ importazzjoni li kien hawn qabel l-ewwel ta’ Mejju, issa għandna nuqqas ta xi laħam.  Hawn tajjeb li nsemmu wkoll li l-produzzjoni tal-laħam lokali għadu fost l-iżjed imfittex.  Qed ninnotaw ukoll li l-manifatturi u l-importaturi, qed jimportaw ukoll laħam minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, u għalkemm il-prezz huwa għola mill-prodott mixtri minn pajjizi terzi, pero’ l-kwalita’ hija wkoll tajba ħafna.

4.         Dwar l-importazzjoni ta’ l-għaġin, irriżulta li għandna ma’ l-20 kwalita’ differenti ta’ għaġin importat, iżda l-għażla qed issir mill-konsumatur u l-għaġin immanifatturat Malta qed jerġa’ jkun parti mill-għażla tal-konsumatur Malti.  Rapport negattiv li rċevejna f’dan ir-rigward huwa li xi stabbilimenti ta’ l-ikel qed jgħidu lill-konsumaturi/klienti tagħhom, diskors negattiv fil-konfront ta’ l-għaġin Malti, u dan għaliex mhux qed joffru l-prodott Malti għall-bejgħ.  Dan l-atteġjament huwa kundannabbli u jekk ikun hemm min jirraporta aġir bhal dan b’mod uffiċċjali, jista’ jkun hemm lok li jittieħdu passi legali.         

5.         Dwar l-importazzjoni ta’ l-inbid, jidher li l-prezz ta’ l-inbid importat mhuwiex dak il-prezz li kien mistenni li jkun.  Raguni ghal dan tista’ tkun li  t-talba ghall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjoni ta’ l-inbid wasslet biex ikun hemm ostakli ghar-rohs mistenni fil-prezz ta’ dan il-prodott fis-suq.  Dan huwa punt ghal diskussjoni u r-raġuni ta’ verament  x’qed jiġri f’dan is-settur, wieħed għad irid jaraha.  Hawn tajjeb li nsemmu wkoll li l-manifattura lokali ta’ l-inbid, li hija wkoll involuta fl-importazzjoni ta’ nbid minn barra, għadha waħda mill-iżjed preferuta fl-għażla ta’ l-inbid ta’ kwalita’, filwaqt li l-inbid importat huwa aktar attrajenti minħabba l-prezz.  

6.         Dwar l-importazzjonita’ prodotti tat-tadam u kunserva, hawn l-impressjoni li l-prodott Malti ser jibqa’ jżomm il-pożizzjoni tiegħu bħala prodott ta’ kwalita’ immanifatturat f’pajjiżna. Id-Dipartiment tas-Saħħa għamel u ser jibqa’ jagħmel eżamijiet ta’ analiżi għal lead contentli jista’ jkollhom prodotti bbottiljati fil-landa.  Ma jistax ikun li jkollna fuq l-ixkafef tal-ħwienet tagħna, prodotti li jkunu manifatturatii għal pajjizi terzi, minkejja li huma manifatturati fl-Italja.  Mhux kull m’hu maghmul fl-Italja jew pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea, jista’ jkun tajjeb biex jinxtara għas-suq lokali.  Hawn ukoll jidher li l-prodott Malti qed ikun ukoll leading product fl-għażla tal-konsumatur Malti.

7.         Dwar l-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib, il-kummenti li qed jaslulna iktar jikkonċernaw in-nuqqas ta’ provvistata’ rikotta lill-ħwienet mill-kumpanija Malta Dairy Products (tal-‘Benna’), iżda hawn ukoll jidher li t-talba għall-ħalib frisk qed tiffavorixxi l-prodott Malti tal-MDP (‘Benna’).  

8.         Il-Border Inspection Post bdiet topera ftit tal-ġranet ilu.  Dwar dan il-punt, wieħed għad irid ikompli janalizza l-effiċjenza li ser tkun qed taħdem biha l-border inspection post.  

9.         Ma’ dawn il-punti kollha, l-iktar feedback  li qed nirċievu jikkonċernaw il-proċeduri tad-Dwana u dawk il-proċeduri li qed jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel.  Il-fatti huma dawk li huma. Iżda wieħed irid jifhem li r-regolamentazzjoni burokratika fuq il-prodotti ta’ l-ikel hija prova ta’ kemm il-proċeduri miftiehma mas-settur aġrikolu u dak agro-industrijali qed ikunu effettivi.  

Dawn huma l-kummenti li jiena qieghed ngħaddi kif irċevejthom, u għalkemm huma kummenti diskutibbli, xorta qegħdin nanalizzaw ir-realta’ tagħhom.  L-impenn tal-Gvern huwa li nkomplu nissimplifikaw il-proċeduri burokratiċi.  Sa issa jidher li naqsu ħafna mill-proċeduri burokratiċi tar-rilaxx tal-merkanzija mid-Dwana (releasing of goods from customs), iżda fis-settur ta’ l-importazzjoni ta’ l-ikel għad jidher li baqa’ proċeduri burokratiċi li jistgħu jiġu ssimplifikati.  Għalhekk permezz ta’ din il-laqgħa ta’ llum irridu nkomplu niddiskutu flimkien il-proċeduri li qegħdin tiltaqgħu magħhom intom.  Intom mistiedna wkoll li tgħaddu l-kummenti tagħkom fir-rigward ta’ dawn il-kummenti li għadni kemm qsamt magħkom.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow