DISKORS MILL-ONOR. NINU ZAMMIT, MINISTRU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA, WAQT KONFERENZA DWAR IL-FIRE & SAFETY FIL-BINI LOKALI - 23 TA’ GUNJU 2004
Huwa ta’ sodisfazzjon ghalija, li nigi mistieden ghall-attivitajiet ta’ din ix-xorta, kemm bhala perit kif ukoll bhala Ministru. Huwa fl-interess tal-Ministeru tieghi li naghmlu dak kollu li nistghu sabiex inkomplu nharsu l-industrija tal-bini kemm bhala kwalita` u teknika` ta’ kostruzzjoni, disinn u fuq kollox sigurta’. Ahna konvinti li dawk kollha li jahdmu f’din l-industrija, kif ukoll dawk li jaghmlu uzu jew jghixu f’bini li jkun iddisinjat u mibni tajjeb, japprezzaw dan l-inpenn.
Sfortunatament dawn l-ahhar xhur qed nisimghu b’hafna incidenti konnessi mal-kostruzzjoni u bini. Dan ghandu jservi ta’ spunt ghall-aktar hidma ta’ taghlim u edukazzjoni dwar dan ix-xoghol minndawk kollha li ghandhom x’jaqsmu mal-Industrija tal- kostruzzjoni.
Kull inizjattiva jew idea ma’ tkun tiswa xejn jekk ma tigix implimentata, u ghalhekk hadna l-inkarigu li nheggu l-BCID u l-BICC biex b’hidma flimkien jikkonsolidaw ix-xoghol kollu li kien sar biex gew imfassla abbozzi ghall-regolamenti godda tal-bini u jippublikaw linji gwida dwar aspetti varji ta’ dawn ir-regolamenti. Wiehed minn dawn l-aspetti kien jikkoncerna s-sigurta` tal-bini Malti ghal kontra n-nirien. Ix-xoghol fuq din il-pubblikazzjoni tlesta u nista’ bi pjacir illum nghid li dan il-ktieb jinsab ghad-dispozizzjoni ta’ kulhadd. Grazzi ghal dawk kollha li taw sehemhom.
F’Malta hafna nies huma xettici dwar kemm il-bini taghna jaqbad. Izda harsa lejn l-istatistika turi mod iehor.
Fil-fatt jekk wiehed jara l-ahhar tlett snin fid-Djar Residenzjali, kien hemm 538 kaz u madwar 400 kaz ta’ hruq f’postijiet industrijali u/jew kummercjali. Fortunatament ftit kienu dawk in-nies li wegghu minn dawn il-kazi u ghall-grazzja t’Alla ma kienx hemm imwiet. Imma nista` nassigurakhom li kien hemm hafna hsara fil-proprjeta` u din waslet ghal telf finanzjaru kbir ghal bosta nies u kumpaniji.
Illum id-domanda ghal binjiet komplessi qed dejjem tikber. Dan, kif ukoll il-hafna dekor b’uzu ta’ materjal differenti u z-zieda fl-uzu ta’ hafna accessorji li jahdmu bl-elettriku qed ikunu l-kawza ta’ bidu ghall-hruq.
Dan id-dokument jispjega b’mod car u hafif u fejn hu mehtieg b’disinji dawk il-fatturi li wiehed ghandu jiehu kunsiderazzjoni taghhom fid-disinn sabiex il-bini jipprovdi sigurta` xierqa f’kaz ta’ nirien fosthom:
Htigijiet strutturali,
· Qisien adegwati ta’ turgien, bibien u kuriduri ghal accessibilita’ ghall-hrug ta’
emergenza,
· Materjali adekwati,
· Ventilazzjoni u dwal ta’ emergenza,
· Sistemi ta’ allarm u ta’ kontrol kontra d-dhahen u nirien,
· Accessibilita` tajba ghal pumpieri u mezzi ta’ kontrol u tifi ta’ nirien.
Dawn il-linji gwida gew addatati ghall-kundizzjonijiet ta’ pajjizna kif ukoll b’konformita` mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.
Kif spjegajt qabel il-kotba u r-regoli biss m‘humiex bizzejjed. Flimkien irridu nahdmu aktar sabiex nibdlu l-mentalita’ li hi predominanti f’dan il-pajjiz li l-ewwel inhallu l-affarijiet jigru u mbaghad naraw li naghmlu xi haga. Jekk kulhadd jigbed habel wiehed jiena cert li din il-mentalita` nibdluha u nkunu ferm aktar rasna mistrieha li dak ix-xoghol li nkunu ghamilna b’tant gharaq u sagrificcju ma jispiccax fix-xejn f-lehha ta’ berqa.
Fil-waqt li nerga nirringrazjakhom talli attendejtu ghal dan is-seminar inhallikom tkomplu tisimghu l-kelliema esperti li gew mistiedna biex jispjegawlkom f’certu dettal dawk l-affarijiet teknici li jikkoncernaw dan is-suggett.
Stqarrijiet Oħra:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en