IX-XOGHLIJIET F’PACEVILLE JSIRU FUQ STANDARDS STABBILITI
Il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura jixtieq javza li bhala parti mit-testijiet li qed isiru fuq it-tarmac li nghata f’Paceville, irrizulta li x-xoghol li sar f’parti minn Triq Wilga ma kienx skond l-istandards stabbiliti. Ghal dan il-ghan id-Divizjoni tax-Xoghlijiet fi hdan l-istess Ministeru hadet il-passi mehtiega u ordnat lill-kuntrattur sabiex jerga` jaqla` x-xoghol hazin li sar u jerga’ jsir b’mod tajjeb ghas-spejjez ta’ l-istess kuntrattur.
Dan l-iccekkjar qed isir f’kull triq li saret f’Paceville sabiex il-prodott finali jkun ta’ l-oghla kwalita’. Ix-xoghol li sar f’Paceville kien wiehed estensiv u kif stabbilit, dan se jitlesta fl-ahhar ta’ dan ix-xahar sabiex ikun jista’ jitgawda mill-pubbliku in generali u t-turisiti matul ix-xhur tas-Sajf.
Ta’ min wiehed ifakkar li x-xoghol kien jinkludi bdil ta’ diversi servizzi li l-medda taghhom tammonta ghal eluf ta’ metri, tqeghid ta’ pavimentar f’diversi toroq u bankini, ghoti ta’ tarmak ta’ diversi toroq, installazzjoni gdida ta’ dawl tal-madwar u fil-pjazza. Hafna minn dan ix-xoghol sar mill-haddiema tad-Divizjoni tax-Xoghlijiet taht is-supervizjoni ta’ periti professjonali fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u Infrastruttura; u ghalkemm kien hemm xi ftit inkonvenjent, li hu komuni ghal kull sit fejn ikun qed isir xoghol infrastrutturali, b’sodisfazzjon wiehed jista’ jghid li progett hekk ambizzjuz f’area traffikuza u frekwentata se jitlesta fiz-zmien stipulat.
Filwaqt li jiskuza ruhu ghal kull inkonvenjent l-Ministeru jixtieq jirrimarka li dawn il-mizuri huma necessarji sabiex ikun garantit li x-xoghlijiet imwettqa mill-Gvern ikunu ta’ kwalita` u skond standards stabbiliti.
Il-Ministeru javza wkoll li sabiex isiru x-xoghlijiet imsemmija l-parti t’isfel ta’ Triq Wilga se tkun maghluqa ghat-traffiku nhar il-Gimgha 25 ta’ Gunju 2004.
Stqarrijiet Oħra:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en