Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN DWAR IL-PROBLEMA TAD-DROGA

PR1057
Date Icon 23/06/2004

Il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern jirreferi għall-istqarrija ta’ l-Onor Gavin Gulia b’risposta għall-messaġġ tal-Ministru ta’ l-Intern fl-okkażjoni tal-Jum Dinji dwar id-Droga. L-istqarrija ta’ Dr Gavin Gulia hija prova ta’ kemm l-Oppożizzjoni tħares lejn il-problema tad-droga mill-lenti partiġġjana.

Ma hux veru li l-Gvern irid iressaq riforma fil-liġi dwar id-Droga waħdu, u mingħajr konsultazzjoni.  Anzi l-Ministru ta’ l-Intern pubblikament kiteb (Il-Mument 16/05/04 ) li hu qed jistenna r-rapporti li ħejjew għaqdiet mhux governattivi nvoluti fil-qasam in kwestjoni li ħadmu fi grupp presjedut mill-President ta’ Malta , u li meta jaslu dawn il-proposti fil-futur qarib, dawn jiġu diskussi. Għalhekk mhux minnu li l-Gvern ma jridx jiddiskuti din ir-riforma, jew qed jinjora l-Oppożizzjoni.

Il-Gvern iżda jinnota b’sodisfazzjoni li l-attitudni intransiġenti ta’ l-Oppożizzjoni kontra kull bidla fil-liġi bdiet tixxaqqaq.  Il-Partit Laburista fil-Parlament ivvota darbtejn kontra li persuna li tinqabad b’pussess ta’ droga f’ammonti żgħar li jindikaw li hi għall-użu personali tagħha ma tmurx il-ħabs bilfors.  Ivvota kontra meta kien fil-Gvern fis-seduta tas-19 ta’ Jannar 1998 (Kumitat Permanenti Konsiderazzjoni Abbozzi ta’ Liġijiet) meta l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ressqet emenda f’dan is-sens.  Ivvotat għat-tieni darba kontra b’division meta l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fl-1999 - kif wiegħed li se jagħmel meta kien fl-Oppożizzjoni - biddel il-liġi sabiex vittmi tad-droga ma jmorrux il-ħabs bilfors kontrarjament għat-traffikanti tad-droga.  Kien l-Onorevoli Gavin Gulia, fis-Seduta ta’ 20 Ottubru 1999, li bħala kelliem ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Intern mexxa kampanja kontra din il-liġi li deherlu li min jinqabad l-Airport bi droga għall-użu personali għandu jmur il-ħabs (minimu ta’ sitt xhur priġunerija) bilfors u ivvota kontra. 

Għalhekk żgur mhux ser ikun dan il-Gvern li sejjer ifixkel jew iżomm riformi iktar favur il-vittmi tad-droga, u malli fil-ġimgħat li ġejjin il-grupp tal-NGO’s presjedut mill-President (u nominat minnu u mhux mill-Ministru kif allegat minn Dr Gulia) jibgħat il-proposti, dawn jiġu diskussi fil-Kumitat Permanenti ghall-Affarijiet Socjali.

Il-Gvern jappella sabiex l-Oppożizzjoni tbiddel it-ton tagħha dwar dil-kwistjoni u taħdem mal-Gvern u kull min hu konċernat sabiex l-emendi jgawdu l-AKBAR ‘consensus’ possibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow