Left arrow Mur Lura

DEHRA ĠDIDA GĦALL-FULJETT BIEDJA U SAJD pdf file

PR1054
Date Icon 23/06/2004

Il-fuljett Biedja u Sajd ingħata dehra ġdida mill-ħarġa tax-xahar ta’ Mejju li qed tintbagħat f’dawn il-ġranet.  Dan il-fuljett jintbagħat lil madwar 3,000 abbonat.

Il-fuljett se jibqa’ jkun fih l-informazzjoni li issa ndrat mill-abbonati, filwaqt li se jkun fih aktar tagħrif dwar l-inizjattivi li jkun qed jieħu l-Ministeru.  L-iskop ewlieni hu li l-fuljett iservi ta’ katina importanti li permezz tagħha l-informazzjoni tasal għand min tassew għandu bżonnha.

Minn din il-ħarġa, il-fuljett Biedja u Sajd mhux se jibqa’ jkun ippakkjat fil-plastik u dan fi sforz biex inħarsu l-ambjent.  Philip Camilleri huwa l-Editur l-ġdid ta' dan il-fuljett. Kull min irid jabbona jew jara dan l-fuljett jista jagħmel dan permezz tal-website  www.mrae.gov.mt/biedjasajd.asp

Kull min irid jirċievi l-fuljett bil-posta jista’ jikkuntattja lit-Taqsima Informazzjoni fid-Diviżjoni tas-Servizzi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali fuq in-numru tat-telefon 25904110 jew billi tintbagħat e-mail lil biedjausajd.mrae@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow