Left arrow Mur Lura

DR FRANCIS AGIUS JINDIRIZZA L-KUNSILL TAL-MINISTRI DWAR IL-BIEDJA U SAJD

PR1053
Date Icon 23/06/2004

Is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-biedja u sajd, Dr Francis Agius attenda ghall-laqgha tal-Ministri li saret fit-21 ta’ Gunju fil-Lussemburgu.

Waqt il-Laqgha gew diskussi t-twaqqif ta’Agenzija dwar il-Kontroll tas-Sajd, kwota dwar is-sajd fl-ibhra tal-punent (Western waters implementation) u metodi ta’ sajd sostenibbli. Fil-qasam tal-biedja sar dibattitu dwar l-ikel u l-biedja organika, is-sistema kollha ta’ identifikazzjoni tal-behjjem ta’ l-ifrad inkluzi l-prodotti processati mil-laham tac-canga.

Fil-qasam internazzjonali l-Kummisjoni Ewropea kellha tahdidiet intensivi fuq l-izvilupp tan-negozjati ta’ Doha u tal-Mercocur. Oqsma ohra li gew diskussi kienu memorandum fuq l-uzu ta’ prodotti agrikoli ghall-uzu mhux ta’ l-ikel imma bhala rizors ta’ energija alternattiva u anke sostenibbli.

Meta kien qed jindirizza l-Kunsill, fl-intervent tieghu Dr. Agius semma li Agenzija bhal din taghti sens prattiku lill Politika Komuni dwar is-sajd. Huwa enfasizza l-importanza regjonali fil-kaz ta’ Malta, il-bahar Mediterran, kif ukoll li tinzamm is-Sovranita’ tal-pajjizi membri.

Temm id-diskors tieghu billi qal li ma ghandiex issir duplikazzjoni tax-xoghol, li ghandhom jissahhu l-istrutturi tal-pajjiz u li tali Agenzija ghandha iservi sabiex tghin fl-izvilupp tal-harsien ta’ sajd sostenibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow