DR FRANCIS AGIUS JINDIRIZZA L-KUNSILL TAL-MINISTRI DWAR IL-BIEDJA U SAJD
Is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-biedja u sajd, Dr Francis Agius attenda ghall-laqgha tal-Ministri li saret fit-21 ta’ Gunju fil-Lussemburgu.
Waqt il-Laqgha gew diskussi t-twaqqif ta’Agenzija dwar il-Kontroll tas-Sajd, kwota dwar is-sajd fl-ibhra tal-punent (Western waters implementation) u metodi ta’ sajd sostenibbli. Fil-qasam tal-biedja sar dibattitu dwar l-ikel u l-biedja organika, is-sistema kollha ta’ identifikazzjoni tal-behjjem ta’ l-ifrad inkluzi l-prodotti processati mil-laham tac-canga.
Fil-qasam internazzjonali l-Kummisjoni Ewropea kellha tahdidiet intensivi fuq l-izvilupp tan-negozjati ta’ Doha u tal-Mercocur. Oqsma ohra li gew diskussi kienu memorandum fuq l-uzu ta’ prodotti agrikoli ghall-uzu mhux ta’ l-ikel imma bhala rizors ta’ energija alternattiva u anke sostenibbli.
Meta kien qed jindirizza l-Kunsill, fl-intervent tieghu Dr. Agius semma li Agenzija bhal din taghti sens prattiku lill Politika Komuni dwar is-sajd. Huwa enfasizza l-importanza regjonali fil-kaz ta’ Malta, il-bahar Mediterran, kif ukoll li tinzamm is-Sovranita’ tal-pajjizi membri.
Temm id-diskors tieghu billi qal li ma ghandiex issir duplikazzjoni tax-xoghol, li ghandhom jissahhu l-istrutturi tal-pajjiz u li tali Agenzija ghandha iservi sabiex tghin fl-izvilupp tal-harsien ta’ sajd sostenibbli.
Other Press Releases:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en