RIŻULTATI TA’ L-EŻAMIJIET TAL-JUNIOR LYCEUM
Id-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni jixtieq ifakkar li l-istudenti se jirċievu r-riżultati tal-Eżami għad-Dħul fl-Ewwel Sena tal-Junior Lyceum 2004 id-dar.
Dawn ir-riżultati se ġew impustati llum l-Erbgħa, 23 ta’ Ġunju 2004 u se jkunu għall-wiri fl-uffiċċju tal-Kap ta’ l-Iskola minn nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Ġunju 2004. Fl-istess ħin aktar minn 60% ta’ l-applikanti se jkunu qed jirċievu għall-ewwel darba r-riżultati bl-SMS mil-lum l-Erbgħa, 23 ta’ Ġunju 2004. Dawk il-ġenituri li għal xi raġuni ma jkunux irċevew ir-riżultat id-dar, ikunu jistgħu jaraw ir-riżultat ta’ binhom/binthom wara li jippreżentaw il-karta ta’ l-identità tagħhom lill-Kap ta’ l-Iskola, minn nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Ġunju. L-ebda riżultat ma jingħata fuq it-telefon.
Wieħed jista’ jara dawn ir-riżultati fl-iskejjel (Statali u Privati) fejn il-kandidati qagħdu għall-eżami. Dawk il-kandidati li jkunu għamlu l-eżami fiċ-Ċentri Speċjali huma mgħarrfa li jistgħu jaraw ir-riżultat fl-iskola fejn kienu reġistrati oriġinarjament.
Ġenituri jew kuraturi ta’ kandidati li jixtiequ jitolbu reviżjoni tal-karti ta’ l-eżami msemmi għandhom jagħmlu dan billi jimlew formola ta’ l-applikazzjoni għar-reviżjoni fl-uffiċċju tal-Customer Care fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, il-Furjana, jew fl-uffiċċju ta’ l-Edukazzjoni, ir-Rabat, Għawdex, skond il-każ. Dawn il-formoli jistgħu jimtlew bejn it-8.00 ta’ fil-għodu u nofsinhar, minn nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Ġunju 2004 sa nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Lulju 2004. Applikazzjonijiet wara din id-data kif ukoll applikazzjonijiet bil-posta u/jew mhux fuq il-formola uffiċjali ma jiġux aċċettati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en