Left arrow Go Back

OPEN WEEKEND FL-ISTITUT TA’ L-AGRIKUMMERĊ

PR1027
Date Icon 18/06/2004

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea inawgura wirja u program ta’ attivitajiet fl-Istitut ta’ l-Agrikummerċ, wieħed mill-Istituti l-ġodda li min din is-sena qed jiffurmaw parti mill-MCAST.  Il-Wirja Agri-Rurali se tkun miftuħa għall-publiku mit-18 sa l-20 ta’ Ġunju 2004. Dawk kollha nteressati fit-tema Agri-Rurali, b’mod partikolari l-istudenti nteressati fil-livell sekondarju, huma mistiedna jżuru l-Istitut ta’ l-Agrikummerċ li jinsab fl-Għammieri. Hemmhekk se jkun hemm nies mill-Istitut li se jispjegaw x’korsijiet joffri l-Istitut kif ukoll x’tip ta’ tagħlim u taħriġ isir.  Fl-okkażjoni ta’ din il-wirja, wieħed ikun jista jżur ukoll il-Farm Sperimentali ta’ l-Għammieri.

L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ hu wieħed mid-disa’ Istituti li għandu l-MCAST minbarra ċ-Ċentru ta’ l-MCAST f’Għawdex.  L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ flimkien ma’ l-Istitut tal-Kura fil-Komunita’ u l-Istitut ta’ l-Inġinerija Mekkanika ingħaqdu mal-Kulleġġ f’Settembru li għadda u għalhekk din hi l-ewwel sena li l-Istitut ta’ l-Agrikummerċ qed jopera bħala parti mill-MCAST.  L-Istitut hu mibni fuq il-pedamenti ta’ żewġ istituzzjonijiet edukattivi li kienu diġa’ jeżistu jiġifieri l-Kulleġġ ta’ l-Agrikoltura Ġuże’ Micallef u l-iskola ta’ l-Agrikoltura Danny Cremona . 

L-Istitut ta’ l-Agrikummerċ għandhu l-iskop li joħloq, jiżviluppa u jipprova ideat innovattivi fl-oqsma tat-tmexxija ta’ l-agrikummerċ, l-iżvilupp rurali, u aspetti relatati ma’ l-ekonomija f’dan is-settur.  L-Istitut jipprovdi għażla wiesgħa ta’ korsijiet vokazzjonali u programmi ta’ apprendistat biex il-Kulleġġ ikun jista jwieġeb għall-ħtieġijiet ta’ min iħaddem u ta’ dan is-settur fl-ekonomija.  

Waqt il-ftuħ, il-Ministru Galea qal li bħal ma żviluppaw Istituti oħrajn li ingħaqdu ma l-MCAST hekk ukoll l-Istitut ta’ l-Agrikummerċ se jkompli jiżviluppa fis-snin li ġejjin biex dawk li jkunu jridu jiksbu t-taħriġ f’dan il-qasam isibu l-opportunitajiet kollha li għandhom bżonn.  Louis Galea qal li hi l-mira ta’ l-Istitut li jkompli jżid u jifrex l-ammont u l-livelli ta’ taħriġ li joffri u jrid ukoll joffri korsijiet għal dawk li diġa’ jinsabu f’dan il-mistjier u jridu jkomplu jitħarrġu biex jibqgħu aġġornati ma’ l-iżviluppi li jkunu qed iseħħu f’dan il-qasam.

Il-Ministru Louis Galea fisser li aktar kemm il-poplu jsir konxju mir-rabta bejn l-ikel u s-saħħa, aktar ser ikun hemm bżonn ta’ ħaddiema preparati u b’kompetenzi rikonoxxuti fil-biedja, trobbija ta’ bhejjem, sajd, u fil-management, marketing u assikurazzjoni ta’ kwalità f’dawn l-oqsma. Is-sħubija tagħna fl-UE tpoġġi fuqna obbligi biex intejjbu l-kwalità tal-prodotti u nsiru aktar kompetittivi. Għal dan l-iskop l-UE tagħti għajnuna finanzjarja speċjali.

Louis Galea temm jgħid li għalkemm dan l-Istitut hu l-iżgħar wieħed b’madwar 30 student, kemm dan l-istitut kif ukoll l-MCAST bħala kulleġġ iridu jkomplu jikbru biex jilqgħu fihom aktar student u b’hekk flimkien ma l-espanzjoni fl-Universita’ noqorbu biex nilħqu l-mira li jkollna mal-85% ta’ dawk li jkollhom 22 sena b’livell ta’ edukazzjoni post-sekondarja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow