Left arrow Go Back

WIRJA TA’ XOGHOL ARTISTIKU MAHDUM MIR-REFUGJATI

PR1026
Date Icon 18/06/2004

Fl-okkazjoni ta’ Jum ir-Refugjati, il-Ministru ghall-Familja u Solidarjeta’ Socjali, Dolores Cristina, inawgurat wirja ta’ xoghlijiet ta’ nsig maghmula minn refugjati f’Malta. Din il-wirja giet organizzata mil-Laboratorju tal-Paci u qed tittella’ f’Palazzo Ferreria fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta .

Il-Laboratorju tal-Paci fil-hidma tieghu favur il-klandestini nieda numru ta’ progetti ta’ ‘empowerment’ sabiex dawn il-persuni li ghamlu zmien twil mizmuma, setghu jghaddu l-hin b’mod pozittiv.  Il-Peace Lab fittex fost dawn in-nies, persuni b’talenti li jistghu jaqsmu l-kreattivita’ u l-kapacita’ taghhom ma’ shabhom u b’hekk itejbulhom xi ftit il-hajja ta’ kuljum.

Patri Dionisju Mintoff, li jmexxi l-Laboratorju tal-Paci qal li ‘Il-kreattivita’ hija wahda mill-karatteristici l-aktar importanti tal-bniedem. Ix-xoghol kreattiv huwa l-aqwa mezz li jasserixxi l-umanita’ ta’ persuna f’kull cirkustanza anki dawk l-aktar skabruzi. L-arti, ix-xoghol kreattiv huwa d-dawl li jgieghelna naraw b’mod mill-aktar car l-umanita’ ta’ l-emarginat ghaliex juri l-emozzjonijiet, il-hsibijiet u s-sens ta’ sbuhija li huma tant maghguna ma’ ruh il-bniedem’.

M’hemmx ‘stereotip’ ta’ klandestin. Fost il-klandestini issib firxa wiesgha ta’ persuni li f’pajjizhom kienu gejjin minn kull mixja tal-hajja. Fost il-klandestini kien hemm wiehed b’edukazzjoni muzikali qawwija li rnexxielu jqawwi qalb u jinvolvi lil shabu f’kant korali Afrikan mill-isbah. Kien kemm iehor li kien jaf ipitter u dan ifforma grupp tat-tpingija.

Kien hemm ukoll wiehed li kien jaf jinseg. Dan it-tinsig Afrikan huwa partikulari  ghaliex ma jirrikjedix newl jew xi ghodda jew makkinarju iehor. In-nissieg juza biss idejh u saqajh u jista’ sahansitra jinseg mimdud fuq sodda. Dan l-insig qabad sew fost il-klandestini minhabba li x-xoghol ta’ l-idejn fih l-attrazzjoni tieghu kif ukoll ghaliex l-ghalliem kellu kapacita’ li jkaxkar lil haddiehor warah. Il-Peace Lab ghamel gabra ghal hwejjeg qodma tas-suf li dawn l-afrikani hattew bl-akbar reqqa f’kobob kbar. Dawn il-kobob intuzaw malghajr  u bilkemm seta’ jlehhaq maghhom il-gbir tal-hwejjeg tas-suf.

Dawn in-nissiega godda bdew produzzjoni habrieka: kpiepel, basktiijiet, kapep, kutri  u hwejjeg ohra b’kuluri vivaci u disinji sbieh. Filwaqt li s-suf kif nafuh ahna jkun mahdum artab, dan l-insig Afrikan jissikka sew is-suf tant li jirrendih wieqaf.

Din il-wirja fiha biss xi ftit ezempji ta’ dak li sar  izda bizzejjed biex wiehed jammira l-gmiel ta’ dan ix-xoghol Afrikan frott it-tbghatija u t-tama ta’ dawn il-bnedmin li zaru ‘l pajjizna f’cirkustanzi daqshekk difficli.

Il-Ministru Cristina fahhret lir-refugjati ghax-xoghol artistiku taghhom, filwaqt li rringrazjat lil Patri Dionisju Mintoff, l-ghalliema u l-voluntieri tal-Laboratorju tal-Paci ghas-solidarjeta’ li qeghdin juru ma’ min ghandu bzonnhom. ‘Ix-xoghol volontarju ghandu valur akbar minn dak li naraw b’ghajnejna u li hu ovvju, ghaliex permezz tieghu persuna tkun qed taqsam sens ta’ imhabba m’ohra. B’hekk jistaghna kemm min jircievi kif ukoll min jaghti,’ qalet il-Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow