1,542 HADDIEM JIPPARTECIPAW F’KORSIJIET DWAR IS-SAHHA U S-SIGURTA` FUQ IL-POST TAX-XOGHOL
Preżentazzjoni ta’ Ċertifikat ta’ Apprezzament mis-Sedqa (Aġenzija għall-Ħarsien mill-Abbuż tad-Droga u l-Alkoħol) - lit-Taqsima tax-Xogħolijiet bħala parti mill-programm S.A.F.E. (Substance Abuse Free Employees) li jitmexxa mis-Sedqa bi sħab mal-Prinċipal għall-ħaddiem.
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit gie pprezentat b’certifikat ta’ apprezzament mill-Organizzazzjoni Sedqa, f’isem it-Taqsima tax-Xoghlijiet wara li ntemmu b’success numru ta’ seminars biex il-haddiema jkunu iktar mgharrfa dwar l-importanza tas-Sahha u s-Sigurta` fuq il-post tax-xoghol.
Il-Ministru Ninu Zammit spjega li l-ghan ewlieni ta’ dawn is-seminars kien biex jikber l-gharfin fuq is-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-post tax-xoghol u biex jitqajjem l-interess fil-haddiema dwar l-effett tax-xorb alkoholiku u t-tehid ta’ medicinali kemm meta jittiehdu wehidhom u specjalment meta jittiehdu flimkien, jistghu ikunu kagun ta’ accidenti waqt ix-xoghol.
Hu qal li l-haddiema kellhom l-opportunita’ li jippartecipaw f’diskussjonijiet u jqajmu problemi li jolqtuhom direttament fuq ix-xoghol. Inghatat ukoll l-opportunita’ li b’mod kunfidenzjali l-haddiema setghu jresqu xi lmenti li kellhom. Dawn il-problemi u l-ilmenti gew analizati u mistharga u fejn instab li kienu gustifikat intbaghtu lid-Diretturi koncernati b’rakkomandazzjonijiet.
F’kull seminar giet inkluza sezzjoni ta’ taghrif fuq it-tema tax-xorb u l-medicinali. Din giet ipprezentata mir-rapprezentant ta’ l-Agenzija Sedqa li kien specjalizzat f’dan is-suggett. Din is-sezzjoni giet apprezzata hafna mill-partecipanti u kienet effettiva hafna biex tqanqal l-interess u kuxjenza dwar l-impatt li ghandhom dawn l-affarijiet fil-kagun ta’ accidenti fuq il-post tax-xoghol li jistghu jkunu anke fatali.
Is-Sahha u s-Sigurta’ fit-Taqsima tax-Xoghlijiet.
Il-Ministru Ninu Zammit qal li bejn Mejju 2003 u April 2004, total ta’ 1542 ħaddiem minn kull livell u minn diversi dipartimenti tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi hdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura attendew sensiela ta’ lectures li kienu lkoll immexxija miz-zewg Spetturi tas-Sezzjoni tas-Sahha u s-Sigurta’ tad-Dipartiment ta’ l-Industrija tal-Bini, l-BCID. Il-Motto ghal dawn is-seminars kien: Lura lejn id-dar qawwi u shih wara gurnata xoghol.
Waqt li kien qed jindirizza l-haddiema li ppartecipaw f’dawn is-seminars il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura qal li fil-prezent din is-Sezzjoni ghandha zewg Spetturi tas-Sahha u s-Sigurta’ u erba’ trainees li ghadhom kemm temmew il-kors ta’ sentejn ghal Diploma mill-Universita’ ta’ Malta, fis-Sahha u s-Sigurta’ fuq ix-Xoghol. Barra r-rwol li jedukaw kontinwament lill-haddiema, dawn l-ispetturi jassistu lir-rapprezentanti ta’ diversi Dipartimenti fi hdan it-Taqsima tax-Xogholijiet biex iwettqu dak li hemm fid-dokument tal-Policy li kien gie fis-sehh f’Mejju tas-sena 2002.
Dawn jispezzjonaw il-bini tat-Taqsima tax-Xoghlijiet, ufficini u lantijiet tax-xoghol f’diversi nhawi ta’ Malta kemm fuq bazi ta’ rutina kif ukoll fuq talbiet specifici biex jassiguraw li l-haddiema jkollhom ambjent ta’ xoghol tajjeb u bl-anqas periklu. Dawn l-ispezzjonijiet iservu wkoll biex jigi zgurat li metodi ta’ sigurta’ fuq il-post tax-xoghol u l-ilbies u l-apparat protettiv ikun qed jigi wzat fejn u kif mehtieg. Kull spezzjoni tigi rrekordjata u jsir wkoll rapport dettaljat u jitqassam lil min ikun koncernat, biex tittiehed azzjoni fuqu. Qed isiru wkoll analizi ta’ kazi ta’ accidenti u korrimenti gravi biex jittiehdu dawk il-passi li jkun hemm bzonn biex ma jkunx hemm ripetizzjoni.
Il-Principju li jitfassal bil-miktub Risk Assessment qabel tinbeda xi bicca xoghol huwa pass importanti li qed jigi enfasizzat bla waqfien mal-kapijiet tal-progetti. L-effett ta’ dan ix-xoghol qed jibda jaghti rizultati pozzitivi hekk kif ufficjali manigerjali qed jistaqsu ghall-assistenza dejjem aktar tas-Sezzjoni tas-Sahha u s-Sigurta’ fil-preparazzjoni ta’ Risk Assessments.
Finalment il-Ministru Ninu Zammit fahhar l-inizjattivi favur edukazzjoni kontinwa minn naha tat-Taqsima tax-Xoghlijiet u tenna sodisfazzjon ukoll li l-haddiema dejjem qedghin jippartecipaw bi hgarhom ghal seminars simili.
Other Press Releases:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en