KONTRO-PROTEST FIL-PRIM’AWLA TAL-QORTI ĊIVILI MILL-MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ FIL-KONFRONT TAL-GRTU
l-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità ppreżenta kontro-protest fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, bħala risposta għall-protest fil-qorti li sar mill-GRTU.
Fil-kontro-protest, il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jafferma li huwa minnu li kien hemm laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar regolamenti ta’ tipjip f’postijiet pubbliċi.
Kuntrarjament għal dak allegat fil-protest, ir-regolamenti ġew modifikati in linea ma’ dak li ġie diskuss f’dawn il-konsultazzjonijiet.
Għaldaqstant il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qiegħed jinforma b’dan lill-GRTU u jitlob lill-GRTU tieqaf milli tkompli xxerred allegazzjonijiet infondati fil-konfront tiegħu.
Il-Ministru jżomm lill-GRTU responsabbli skond il-liġi għal danni li jista’ jsofri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en