Left arrow Go Back

Il-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦALL-LAQGĦA TAL-KUNSILL EWROPEW

PR1013
Date Icon 16/06/2004

Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għal Brussell fejn ser jieħu sehem fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Għal-laqgħa ta’ dan il-Kunsill, il-Kapijiet ta’ l-Istati ser jiltaqgħu ukoll bħala Konferenza Intergovernattiva minn għada, il-Ħamis 17 ta’ Ġunju.  

Waqt dawn il-laqgħat, il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta’ Investiment, John Dalli, is-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru, Michael Frendo, il-Membru Parlamentari, Jason Azzopardi, ir-Rappreżentant Permanenti għal Malta fl-Unjoni Ewropea, l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Edgar Galea Curmi, l-Ambaxxatur għal Malta fil-Belgium, Tarcisio Zammit, id-Direttur (Policy) fid-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea, John Inguanez, u l-Koordinatur tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru, Alan Camilleri.  

Il-Prim Ministru ser jattendi wkoll għal-laqgħa tal-Partit Popolari Ewropew.  

Huwa mistenni lura Malta nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Ġunju.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow