MESSAGG MILL-VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN DR TONIO BORG FL-OKKAZJONI TAL-JUM DINJI DWAR ID-DROGA
Il-problema tad-droga hija problema li qed tifni bosta zghazagh f’hafna pajjizi, sinjuri u fqar. Il-problema tezisti ukoll f’Malta. Hija tassew hasra li tara tant zghazagh li jipperikolaw hajjithom ghal gost ta’ ftit hin. Hafna hajjiet inhlew tort ta’ dan il-vizzju mishut. Mhux biss, izda l-uzu tad-droga igib mieghu problemi ohra. Huwa fatt li hafna mir-reati ta’ serq, kif ukoll reati iktar gravi li jsiru f’pajjizna huma relatati ma’ nies bi problemi ta’ droga.
Sas-sena 1999, qabel li, bhala Ministru ta’ l-Intern, kont ressaqt fil-Parlament emendi ghal-ligi, kull min kien jinqabad fl-ajruport b’ammonti anki zghar ta’ droga ghall-uzu personali, kien jiffaccja piena ta’ sitt xhur habs. B`emenda li kont ressaqt ghamilna distinzjoni netta bejn min hu vittima tad-droga u min jinnegozja fiha.
Dan l-ahhar anki l-Opozizzjoni qed taqbel li hemm il-htiega li tigi riformata l-ligi dwar sustanzi perikoluzi, biex taghmel distinzjoni bejn min juza u min jittraffika d-droga.
L-ex President tar-Repubblika, il-Professur Guido de Marco kien ha l-inizzjattiva biex laqqa` lil dawk kollha li b’xi mod huma nvoluti fil-qasam tad-droga bhal forzi ta’ l-ordni u ufficcjali ta’ gruppi mhux governattivi bhal Sedqa u Caritas, biex jiddiskuti l-problema tad-droga mill-lat socjali u dak legali. Meta kien twaqqaf dan il-kumitat jien kont weghdt li malli jkun lest ir-rapport, jien kont ser inressaq l-emendi necessarji. Issa jidher li t-triq ser tkun iktar facli, grazzi ghall-kunsens li hawn fil-pajjiz.
Il-Gvern huwa kommess li jiggieled lit-traffikanti tad-droga. Jiggieldilhom b’kull mezz possibbli. U xhieda ta’ dan huwa s-successi li l-Pulizija qed ikollhom regolarment fi qbid ta’ droga u l-arresti ta’ traffikanti u s-sentenzi li jinghataw mill-Qrati.
Jien nemmen li l-problema tad-droga hija problema socjali li biex tingheleb trid il-koperazzjoni ta’ kulhadd. Mhux dawk kollha li jiehdu d-droga huma kriminali, hafna huma vittmi. Irridu nassiguraw li dawn il-vittmi ma jkomplux jikbru biex ftit barunijiet isiru sinjuri. Issa li fil-pajjiz hawn kunsens li din il-glieda trid issir, u dan iqawwili qalbi biex, bil-ghajnuna ta’ kulhadd inkomplu nfittxu u naqbdu t-traffikanti biex dawn jiehdu dak li haqqhom.
Mill-banda l-ohra rridu niehdu in konsiderazzjoni tal-vittmi, dawk li jinqabdu bi kwantitajiet zghar ta’ droga ghall-uzu personali taghhom. Iz-zmien huwa tajjeb biex nibdew nahdmu biex issir id-distinzjoni bejn it-traffkant u dak li jabbuza. U bil-ghajnuna u koperazzjoni ta’ kulhadd nistghu naslu
Other Press Releases:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en