Left arrow Mur Lura

ATTIVITAJIET KULTURALI MATUL IS-SAJF

PR1004
Date Icon 14/06/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li matul is-sajf se jkun hemm sensiela ta’ attivitajiet kulturali li din is-sena se jibdew u jintemmu bl-Orkestra Nazzjonali, li nhar il-Ħadd 20 ta’ Ġunju se tniedi Festa Mużika, filwaqt li se tagħlaq l-attivitajiet fil-21 ta’ Settembru, b’kunċert fil-bitħa tal-Palazz Presidenzjali.

Francis Zammit Dimech qal dan meta kien qed ihabbar  Programm ta’ attivitajiet kulturali li ser isiru matul dan is-sajf.  Huwa kompla jghid illi l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti waqqaf kumitat appost biex imexxi dawn l-attivitajiet, li parti minnhom huma organizzati minnu, filwaqt li parti oħra huma mgħejjuna finanzjarjament minnu.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-attivitajiet  huma mifruxa f’Malta u Għawdex. Hu qal li f’Għawdex, il-Victoria International Arts Festival ser ittella’ 24 attivita’ bejn Gunju u Lulju. Dawn jinkludu mużika, ballet, qari ta’ kitba letterarja, kunċert tad-debuttanti, l-Edinburgh University Chamber Choir, kunċert korali mill-kor ta’ l-irġiel ta’ Newcastle, Poyphonic Versper,vocal recital, violin recital, leider recital u violin recital u musika medjovali. L-iStradivari Season, bħala parti minn dawn l-attivitajiet, se jtellgħu 16-il-programm muzikali u orkestrali fil-bitħa tal-Palazz Presidenzjali, fil-Palazz Vilhena, f’Ta’ Liesse, f’Manoel Island u fil-Lukanda Phoenicia. 

Francis Zammit Dimech qal li l-attivitajiet jinkludu l-Evenings On Campus fejn jittellgħu films u Greek play filwaqt li  f’Lower St Elmo l-East to West Events se jtellgħu l-World Music Festival. Hu qal li f’Awissu il-Kunsill Malti għal-Kultura u l-Arti jtella’ Festival Malta fiċ-Ċentru ta’ Kreattivita’, Kavalier ta’ San Gakbu – festival ta’ drama. Fl-istess bini jittella’ wkoll l-Adam Darius Workshop.

Francis Zammit Dimech qal li attivita’ oħra li tagħmel parti minn dan il-programm kulturali tas-sajf hi l-Malta Jazz Festival li jinżamm fis-16, 17 u 18 ta’ Lulju u li sar parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet peress li jiġbed lejn  pajjiżna ġazzisti ewlenin għal wirjiet straordinarji ta’mużika jazz. 

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dan hu programm ambizzjuz ta’ attivitajiet kulturali maħsuba biex jolqtu l-gosti ta’ dawk kollha midħla ta’ l-arti u l-kultura. Il-ftuħ ta’ dawn l-attivitajiet se jkun il-Festa Muzika li se twassal biex f’nofs ta’ nhar wieħed, se jittellgħu kunċerti fi tmien lokalitajiet f’Malta. Hu qal li meta wieħed iqis l-interess kbir li l-poplu Malti għandu fil-baned tal-ibliet u l-irħula tagħna, festa bħal din tikber fis-sinifikat tagħha u bla dubbju ta’ xejn tħalli  impatt fuq il-poplu. 

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dawn l-attivitajiet kulturali tul is-sajf huma ta’ attrazzjoni għall-Maltin u t-turisti li jkunu fostna. Hu qal li dawn qed ikomplu jagħtu dimensjoni kulturali lis-settur turistiku ta’ pajjiżna li sal-lum qed jattira aktar minn 200,000 turist li jżuruna għall-wirt storiku u kulturali kif ukoll  għall-attivitajiet kulturali li jsiru. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura qal li jemmen li attivitajiet bħal dawn igħinu biex il-Maltin isiru aktar konxji mill-kapaċitajiet kulturali li bih huma mogħnija tant Maltin u jgħinu biex aktar turisti jżuru pajjiżna mbuttati minn attivitajiet ta’ dan il-livell. 

Francis Zammit Dimech qal li ried jirringrazzja lil kull min ta sehmu biex dawn l-attivitajiet ikunu jistgħu jsiru b’suċċess.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow