Left arrow Go Back

Ippubblikat l-Att dwar ir-Registru Centrali

pr475
Date Icon 08/03/2003


Bi thehhija ghall-pubblikazzjoni ta’ l-Att dwar ir-Registru Centrali, il-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent matul l-ahhar sentejn intensifika l-process ta’ amalgamazzjoni tar-Registru ta’ l-Artijiet, ir-Registru Pubbliku u d-Dipartiment tar-Registrazzjoni Civili f’divizjoni wahda – it-Taqsima tar-Registru Pubbliku u ta’ l-Artijiet.

Minhabba li din il-ligi hija meqjusa bhala ta’ importanza fundamentali, il-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent hass il-htiega li l-Abbozz, imhejji minn kumitat ad-hoc, ikun ippubblikat sabiex il-pubbliku jkun jista’ jigi kkonsultat. Bhas-soltu, gie imhejji wkoll kummentarju fil-qosor li jinkludi introduzzjoni mill-Ministru Dr Tonio Borg, biex isservi ta’ informazzjoni dwar il-provizjonijiet ewlenin ta’ l-Abbozz ta’ Ligi.

Ghalhekk, kull kumment jew suggeriment mill-Korpi Kostitwiti interessati jew mill-pubbliku generali li jirrigwardjaw l-abbozz propost ghandhom jintbghatu lis-sur Charles Deguara, Direttur Generali tat-Taqsima Registru Pubbliku u ta’ L-Artijiet, 116, West Str, Valletta sat-30 t’April 2003.

Min jixtieq kopja ta’ l-Abbozz jista’ jigborha mill-Ufficcju tad-Direttur Generali fl-indirizz ta’ hawn fuq, jew inkella wiehed jista’ jibghat e-mail fuq charles.deguara@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow