Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT DWAR IL-KACCA U L-INSIB

pr310
Date Icon 06/03/2003

Kontra dak li qed jghidu esponenti tal-Partit Laburista, mhu veru xejn li l-kacca fuq il-bahar se tispicca. Mhu veru xejn li l-kacca fir-Rebbiegha ghall-gamiem u s-summien se tispicca. Mhu veru xejn li l-insib fir-Rebbiegha se jispicca. Mhu veru xejn li l-insib ghall-ghasafar ta’ l-ghana se jispicca.

Il-qerq u t-tghawwig tal-fatti mill-esponenti tal-Partit Laburista, specjalment dwar l-insib, jidher li se jibqa’ sejjer sa’ l-ahhar tal-kampanja ghar-referendum biex jithawdu l-imhuh.

Kif jidher car minn komunikazzjoni li ghaddiet bejn l-ufficcju tal-Kummissarju ta’ l-Ambjent ta’ l-UE, Margot Walstrom u gurnalist tal-media tal-Partit Laburista, il-fatti dwar l-insib huma kif gej:

"Sa l-ahhar ta’ Dicembru 2007, il-Kumitat Ornis irid jistabbilixxi n-numru ta’ ghasafar ta’ l-ghana li jistghu jigu minsuba skond id-Direttiva, sabiex il-popolazzjoni ta’ l-ghasafar li jinzammu fil-guvi ma tispiccax".

Jekk il-ftehim qed jghid li jrid ikun stabbilit in-numru ta’ ghasafar li jistghu jigu minsuba, kif jista’ jkun fl-istess nifs l-esponenti tal-Partit Laburista qed ighidu li l-insib se jispicca? In-numru ta’ dawn l-ghasafar se jkun stabbilit mill-Kumitat li fuqu se jkun hemm ir-rapprezentanti tan-Nassaba u l-Kaccaturi.

Minkejja l-kampanja ta’ hrejjef u qerq fuq diversi issues dwar il-ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea, il-ftehim li l-Gvern kiseb ma’ l-Unjoni Ewropea dwar il-kacca u l-insib ifisser li dawn se jibqghu ikunu prattikati.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow