Left arrow Mur Lura

AKKUŻI INFONDATI DWAR GĦAJNUNA FINANZJARJA LIS-SETTUR TAS-SAJD

pr308
Date Icon 06/03/2003

It-Taqsima għall-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd tirriferi għal xi akkużi li saru minn esponenti politiċi u mill-President tal-Kooperattiva tas-Sajd, Karmenu Bugeja, dwar l-għajnuna finanzjarja li qed tingħata lis-settur tas-sajd.

Tajjeb li jingħad li l-pakkett ta’ għajnuna kien approvat mill-Kabinett u t-twettiq tiegħu qed isir biss fuq il-prinċipji u miżuri approvati.

Il-pakkett ta’ għajnuna hu ntiż għall-bastimenti tas-sajd. Fin-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sajd, Malta talbet li, għal raġunijiet ta’ konservazzjoni, iż-żona sa 25 mil nawtiku madwar il-gżejjer Maltin, tkun dikjarata bħala waħda speċjali u tkun marbuta b’kundizzjonijiet partikolari.

Dan ifisser li xi bastimenti jew kategoriji ta’ bastimenti se jiġu effettwati minn dan il-maniġġ speċjali. L-għajnuna li qed tkun kuntrattata mas-sidien tal-bastimenti tirrifletti dawn l-effetti fuq il-bastimenti li huma akbar minn tnax-il metru. Fl-istess pakkett ta’ għajnuna kien kunsidrat ukoll it-titjib tal-livell tas-sistemi ta’ saħħa u sigurtà fuq il-bastimenti kollha tas-sajd itwal minn 6 metri li kienu jeżistu fir-Reġistru tas-Sajd meta nħadem il-pjan fis-7 ta’ Mejju 2002.

Dan il-pakkett ikkunsidra l-kategoriji kollha ta’ bastimenti fir-Reġistru tas-Sajd akbar minn sitt metri. Il-bastimenti li huma reġistrati bl-‘F’ kienu meqjusa għal għajnuna akbar minn dawk li huma rreġistrati bl-‘MF’ jew ‘PTF’. Il-bastimenti ġew separati wkoll f’kategoriji differenti skond id-daqs u l-operat tagħhom.

Kategorija Kategorija

Bastimenti bejn 6 – 7.99 mt F MF u PTF
Bastimenti bejn 8 – 11.99 mt F MF u PTF
Bastimenti itwal minn 12-il metru F MF u PTFli fl-aħħar snin stadu għal-lampuki u/jew bil-lampara
Bastimenti itwal minn 12-il metru F MF u PTF li fl-aħħar snin ma stadux għal-lampuki u/jew bil-lampara
Bastimenti tat-tkarkir ta’ F MF u PTF anqas minn 24 metru u b’makni ta’ jew anqas minn 250 żiemel
Bastimenti tat-tkarkir ta’ F MF u PTF anqas minn 24 metru u b’makni akbar minn 250 żiemel
Bastimenti tat-tkarkir F MF u PTF akbar minn 24 metru 

  • Fil-każ ta’ bastimenti li ma kinux qed joperaw fl-aħħar snin, l-għotja kienet ikkalkulata fuq 40 fil-mija ta’ l-għotja ta’ l-istess kategorija.
  • Fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir itwal minn 24 metru li kienu joperaw f’dawn l-aħħar snin, kienet ikkunsidrata għajnuna lejn il-bdil tal-bastiment tagħhom għal wieħed iżgħar minn 24 metru.
  • Fil-każ tal-bastiment tat-tkarkir li kienu rreġistrati ‘F’, kienet ikkunsidrata wkoll jekk dawn irċevewx għajnuna oħra taħt skemi tal-Financial Assistance Commission ta’ l-istess Ministeru.

Dawn kienu il-kriterji kollha li ġew ikkunsidrati ma’ kull sid ta’ xi bastiment tas-sajd meta nħadmet l-għotja.

Ta’ min ifakkar ukoll li kull għotja hi mgħoddija lil sid il-bastiment b’kuntratt magħmul bejn it-Taqsima tas-Sajd, li jidher għaliha d-Direttur Ġenerali tat-Taqsima, Dr Anthony Gruppetta, u sid il-bastiment, quddiem in-Nutar Pubbliku tal-Gvern. Dan il-programm kien ippjanat bl-akbar serjetà u qed ikun esegwit bl-aktar metodi responsabbli li jeżistu.

Fid-dawl ta’ dan kollu, m’hux ġust li jintefa’ t-tajn fuq min, bl-akbar serjetà u impenn qed jaħdem biex tingħata l-għajnuna kollha meħtieġa lis-sajjieda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow