Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TONIO BORG JAHTAR IC-CHAIRMAN U L-MEMBRI TAL-BORD TAL-PULIZIJA

pr305
Date Icon 06/03/2003

Il-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-Onor. Dr. Tonio Borg, dal-ghodu hatar lill-ex-Imhallef Franco De Pasquale bhala Chairman tal-Bord tal-Pulizija. Dan il-Bord, li qed jitwaqqaf ghall-ewwel darba u li se jkollu x-xoghol li jinvestiga ilmenti dwar u mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, qed jitwaqqaf bis-sahha tal-Kodici tal-Pulizija gdid, li dahal fis-sehh fl-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena.

Il-Ministru Borg hatar ukoll lis-sinjuri Gemma Siroll, Paul Agius, Paul Saliba u Pio Scerri, bhala membri fuq dan il-Bord.

Il-Ministru Borg spjega li parti mix-xoghol ta’ dan il-Bord se jkun li jinvestiga l-ilmenti tal-Pubbliku dwar l-imgieba tal-membri tal-Korp tal-Pulizija. Se jkun jista’ jinvestiga u jsejjah nies biex jixhdu quddiemu, dwar l-ilmenti ta’ natura differenti li jaslu lilu mill-puibbliku, izda wkoll minn ufficjali tal-Pulizija innifishom.

Il-Ministru Borg fisser li l-funzjoni ta’ dan il-Bord se tkun tixbah lil dak ta’ Ombudsman tal-Pulizija, izda l-funzjoni tal-Bord ma tfixkel bl-ebda mod lil dawk il-membri tal-pubbliku li jkunu jridu jfittxu rimedju permezz ta’ l-Ufficcju ta’ l-Ombudsman proprju.

Il-Bord se jkollu wkoll il-fakultà li jibda jinvestiga kaz anke jekk ma jirceviex ilment dwaru. Il-Ministru Borg qal li jekk il-Bord isir jaf b’xi kaz li jista’ jirrifletti hazin fuq il-Korp tal-Pulizija, anke jekk hadd ma jkun irrapporta dwaru, jista’ minn jeddu, jibda jinvestiga dak il-kaz.

L-Ufficjali tal-Pulizija wkoll jistghu jirrikorru quddiem dan il-Bord il-gdid, jekk ihossu li ma gewx trattati tajjeb jew ihossu li saret ingustizzja maghhom. Il-Bord jisma’ u jinvestiga l-ilment taghhom u jipproponi rimedju.

Il-Ministru Borg kompla jghid li funzjoni ohra ta’ dan il-Bord se tkun dik li jissorvelja l-imgieba ta’ procedimenti dixxiplinarji interni dwar il-Pulizija u kull membru tal-Bord jista’ jattendi ghal kull seduta tal-procedimenti dixxiplinarji li jaghmel il-Kummissarju.

Il-fatt li nhatar dan il-Bord spjega l-Ministru Borg ma jfissirx li l-Pulizija m’ghandhiex taqsima fi hdanha li tinvestiga l-ilmenti li jsiru. Fil-fatt mhux l-ewwel darba li ttiehdu passi dixxiplinarji kontra xi ufficjal tal-Pulizija wara li jkun sar ilment mill-pubbliku li jkun gustifikat. Id-differenza hija, li l-Bord li issa se jibda jivestiga l-ilmenti, se jkun indipendenti mill-Korp u ghalhekk l-affarijiet ikunu jistghu isiru b’aktar serjetà u trasparenza.

Il-Ministru Borg sahaq ukoll li dan il-bord se jkompli jsahhah il-fiducja li l-poplu Malti minn dejjem wera fil-Korp tal-Pulizija, fiducja li tigi kkonfermata f’kull stharrig li jsir dwar kif il-pubbliku jhares lejn il-Pulizija.

Dr Franco Depasquale li rtira mill-kargia ta’ Imhallef ftit granet ilu, qal li l-edukazzjoni kemm tal-pubbliku kif ukoll tal-Pulizija tista’ taghmel ix-xoghol tieghu aktar facli. Il-fatt li kulhadd ikun konxju li llum jezisti watchdog fuq il-Pulizija, isir sforz akbar biex il-pubbliku u l-Pulizija jikkoperaw ahjar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow