Left arrow Mur Lura

L-UE L-AQWA GARANZIJA TA’ XOGHOL U TA’ SAHHA U SIGURTA’

pr295
Date Icon 05/03/2003

"Permezz ta’ shubija fl-Unjoni Ewropea jissahhu l-impjiegi u tizdied il-kwalita’ tal-hajja tal-haddiem Malti permezz ta’ mizuri li jharsu s-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol, kif wkoll permezz ta’ mizuri li jipprotegu l-impjieg." Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Lawrence Gonzi waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha wiegeb ghal qlajjiet u mizinformazzjoni li qed jinxterdu f’dawn il-granet minn esponenti ta dawk li huma kontra s-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Gonzi ghamel riferenza ghall-istqarrija li ghamel l-Onor George Vella, fejn qal li "Allahares joghlew il-pagi ghaliex ma nibqghux kompetittivi". Din l-istqarrija tikxef il-faqar ta’ politika ta’ dawk li huma kontra l-Unjoni Ewropea, u turi li dawn jemmnu fic-‘cheap labour’ bhala soluzzjoni ekonomika u socjali ghal pajjizna. Dawn l-istess nies jafu li l-Unjoni Ewropea ma tippermettix din it-tip ta’ politika, li fl-imghoddi wriet li ma tahdimx u ggib stagnar u falliment.

Il-kompetittivita’ ta’ pajjizna tigi billi nsiru aktar efficjenti u nigbdu lejn pajjizna xoghol ta’ valur mizjud. Ma tigix billi nnaqqru d-drittijiet tal-haddiema, imma tigi billi nsahhuhom.

Il-Ministru Gonzi semma kif ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta’ l-impjiegi, huma regoli li l-iskop taghhom huwa li joffru l-oghla livell ta’ protezzjoni lill-haddiem. Dan gie konfermat mid-Direttur Ezekuttiv tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xoghol (ILO) Ms Sally Paxton, li kienet Malta tlett ijiem ilu, u li stqarret li l-valuri tal-Unjoni Ewropea huma simili bhal dawk tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xoghol, jigifieri l-assigurar ta’ l-aqwa standards fosthom dawk ta’ sahha u sigurta’ fuq il-post tax-xoghol.

Fl-istess waqt l-Unjoni Ewropea ghandha strategija favur l-impjiegi, li ghandha l-mira li tnaqqas il-qghad sa’ l-anqas livelli sas-sena 2010. Dan l-istrategija diga’ gabet beneficcji kbar f’dan il-qasam u l-medja tal-qghad fl-Unjoni Ewropea naqas sostanzjalment.

Il-Ministru Gonzi cahad bis-shih il-kampanja ta’ misinformazzjoni u biza’, li bhalissa qeghda ssir mill-kamp tal-‘Le’, dwar l-overtime u l-impjiegi fil-fabbriki. Huwa qal li d-direttiva ta’ l-UE li tirregola l-hinijiet tax-xoghol u l-overtime, tghid b’mod car, li min ihaddem, m’ghandux dritt li jhaddem lill-impjegat tieghu ghal aktar minn numru ta’ sieghat f’gimgha, kontra r-rieda ta’ l-impjegat. Dan ifisser li l-overtime ser jibqa jigi permess, sakemm il-haddiem ikun irid li jahdem dak l-overtime, anki meta l-ammont ta’ overtime jaqbez it-8 sieghat fil-gimgha.

Barra min hekk, f’dawk il-kazijiet fejn l-operat ta’ kumpanija jkun mehtieg b’mod kontinwu minhabba l-process ta’ produzzjoni, din id-direttiva tista’ ma tigix applikata.

Il-Ministru Gonzi rrefera ghal dak li qal Dr. Joe Brincat dwar din id-direttiva, u sostna li huwa zbaljat u jkun qed jizgwida meta’ jhallat dak li nkiteb fit-trattat, ma’ dak li huwa diga’ regolat bid-direttiva.

Dak li hemm miktub fit-trattat jirrigwardja l-ftehim li Malta kisbet, fosthom perjodu ta’ zmien sakemm din il-parti tad-direttiva tigi fis-sehh (jigifieri sal-ahhar tal-2004). Wara dan il-perjodu, d-direttiva tigi applikata bil-provvedimenti kollha msemmija aktar ‘l quddiem. Hija gidba ghalhekk l-istqarrija ta’ l-oppozizzjoni li tghid li t-trattat li gie ppublikat halla barra dan is-settur ta’ l-overtime, u li l-overtime ser ikollu jieqaf.

Fi kliem iehor, is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea tfisser dritt gdid ghall-haddiema – dak li huma ma jistghux ikunu sfurzati jahdmu ghal aktar minn 48 siegha, jekk huma ma jkunux iridu. Dan hu dritt li jipprotegi s-sahha u s-sigurta’ tal-haddiema fuq il-post tax-xoghol. Ghalhekk huwa ta’ ghajb li esponenti ta’ partit politiku li suppost jiddefendi d-drittijiet tal-haddiema, jispiccaw jaqilbu kollox ta’ taht fuq, semplicement biex ihawdu l-imhuh.

Il-Gvern dalwaqt ser jippublika avviz legali sabiex jirregola dan is-settur. Dan l-avviz legali qed jigi diskuss fi hdan l-bord ghar-relazzjonijiet dwar l-impjieg u ghandu l-kunsens tal-partijiet socjali kollha, inkluz min ihaddem u trade unions.

Il-Ministru Gonzi cahad kategorikament wkoll l-istqarrijiet maghmula mill-kamp tal-‘Le’ dwar l-impjiegi fil-fabbriki. Huwa qal li l-impjiegi fil-fabbriki bhal f’kull settur iehor huma regolati mil-ligi dwar l-impjiegi u hafna mid-direttivi tal-UE f’dan il-qasam diga’ gew mahsuba fir-rigward tal-ligi gdida li ghaddiet mill-Parlament is-sena li ghaddiet.

"Li hu zgur huwa li permezz tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea, l-haddiema tal-fabbrika ser jigi zgurat lilhom livell hafna aktar gholi ta’ sahha u sigurta’ fuq il-post tax-xoghol. Minn naha l-ohra, anki permezz ta’ dawk id-direttivi li ddahhlu fil-ligi Maltija, il-haddiema tal-fabbrika ser igawdu minn mizuri li jipproteguhom kontra l-fastidju sesswali, d-diskriminazzjoni fl-impieg u l-vittimizzazzjoni. Barra minhekk, zdiedu l-mizuri favur il-haddiema part-time, bl-ghoti ta’ beneficcji ‘pro-rata’ lil dawk li jahdmu 14-il siegha fil-gimgha u li ghalihom huwa l-impjieg principali, kif wkoll gie mahluq il-Fond ta’ Garanzija sabiex jipprotegi l-pagi ta’ dak il-haddiema li jinghataw is-sensja b’mod kollettiv.

Is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea tfisser gwadann kbir ghal haddiema Maltin u Ghawdxin – gwadann li gie rikonoxxut minn kull organizzazzjoni ta’ min ihaddem f’pajjizna kif ukoll mit-trade unions kollha, inkluz ir-rapporti tal-General Workers Union." qal il-Ministru Gonzi.

Il-Ministru Gonzi sostna li f’dawn l-ahhar granet ta’ qabel ir-Referendum, qed tinkixef it-tattika ta’ min hu kontra is-shubija – tattika li hi skreditata u ntiza biss biex tbezza minghajr l-ebda bazi ta’ verita’ u konsistenza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow