Left arrow Go Back

MIŻURA OĦRA FAVUR IL-BDIEWA: RATA TA’ 3 FIL-MIJA GĦAL SKOP TA’ TAXXA FUQ ID-DĦUL

pr286
Date Icon 03/03/2003

Wara li l-Gvern ħejja pakkett ta’ Lm77 miljun biex il-bdiewa u r-raħħala jkunu megħjuna jkomplu jtejbu l-livell tal-għajxien tagħhom u fl-istess waqt isaħħu s-settur tal-biedja, issa tħejja pakkett ieħor ta’ benefiċċju għall-bdiewa marbut mar-rata ta’ ħlas ta’ taxxa fuq id-dħul tagħhom.

Din l-iskema ġdida, li minnha se jiggwadanjaw mijiet ta’ bdiewa, tħabbret illum f’konferenza ta’ l-aħbarijiet mill-Ministru tal-Finanzi, l-Onor. John Dalli u mill-Ministru għall-Agrikultura u s-Sajd lOnor. Ninu Zammit.

Huma qalu li b’dan il-mod, se titwettaq il-wegħda li saret fl-aħħar diskors tal-Budget, biex b’hekk il-bdiewa jkunu jistgħu jkomplu jipparteċipaw bis-sħiħ fl-iskemi u programmi miftiehma ma’ l-Unjoni Ewropea.

Dawn l-iskemi u programmi se jfissru għajnuna finanzjarja b’valur ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ liri, fuq medda twila ta’ snin. Parti sostanzjali ta’ din l-għajnuna finanzjarja se tkun ta’ natura permanenti, partikolarment dik marbuta ma’ l-iżvilupp rurali.

Il-Ministru Dalli u l-Ministru Zammit ħabbru li fir-riforma tat-taxxa għall-bdiewa, se tkun applikata rata ta’ taxxa ta’ 3 fil-mija fuq il-valur ta’ bejgh. Din l-iskema se tkun applikata fuq il-valur tal-prodott li jinbiegh fil-Pitkalija u lukandi, fuq tadam li jinxtara mill-għassara, fuq għeneb u żebbuġ għall-ipproċessar.

Huma żiedu li, kif kien tħabbar fl-aħħar budget, l-ispejjeż qed jiġu kkalkulati bħala 40 fil-mija tad-dħul. Iżda, bħalma tħabbar ukoll fl-aħħar budget, f’każ li l-ispejjeż jeċċedu 40 fil-mija tad-dħul, il-bidwi se jkun jista’ jiddikjara l-ispejjeż kollha billi jżomm l-irċevuti kollha.

Il-Gvern qagħad attent li b’din l-iskema jibbenefikaw il-bdiewa kollha, jiġifieri kemm il-full-timers kif ukoll il-part-timers, u f’każ li bidwi jkun ħallas taxxa aktar milli dovut, se jingħata ‘refund’ wara li jkun mela’ l-formola tat-taxxa.

Dan se jfisser li, bħala eżempju, bidwi miżżewweġ full-time li għandu valur ta’ bejgħ sa massimu ta’ Lm7,170, mhu se jhallas xejn ; fil-waqt li bdiewa li għandhom valur ta’ bejgħ aktar minn Lm7,170 se jibdew ihallsu taxxa vantaġġjuża ħafna meta wieħed iqabbel dak li qed jitħallas illum.

Tant hu hekk li l-bdiewa li jkollhom valur ta’ bejgħ ta’ aktar minn Lm7,170 se jibdew iħallsu anqas taxxa u f’ħafna każi se jiffrankaw mijiet ta’ Liri Maltin f’taxxa, saħqu l-Ministru Dalli u l-Ministru Zammit.

"Din ir-riforma hi pass ieħor li qed jittieħed mill-Gvern għall-benefiċċju tal-bdiewa Maltin u Għawdxin. Dan, il-Gvern qed jagħmlu għax jifhem u japprezza l-ħidma li ssir mill-bdiewa fit-tkabbir ta’ ħxejjex u frott frisk, kif ukoll fil-ħarsien tal-wirt rurali ta’ pajjiżna. Din il-politika tal-Gvern biex iwieżen lill-bdiewa għall-produzzjoni kif ukoll talli jieħdu ħsieb l-ambjent ġiet rikonoxxuta fin-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea u fil-pakkett miftiehem ma’ l-istess Unjoni."

Ir-riforma fit-taxxa se tikkumplimenta wkoll l-iskema ta’ insurance li qed titħejja u li se ġġib vantaggi kbar ghall-bdiewa, partikolarment meta tiġri xi ħsara lill-uċuħ tar-raba’ bħal ma ġara fil-jiem li għaddew minħabba l-maltemp, u dan kemm għall-part-timers kif ukoll għall-full-timers.

“Fuq kollox, l-iskema ġdida ta’ taxxa, li dwarha qablu u taw il-kontribut tagħhom ir-rappreżentanti tal-bdiewa, se toffri vantaġġi kbar li s’issa l-bdiewa kollha Maltin u Għawdxin qatt ma gawdew," temmew il-Ministru Dalli u l-Ministru Zammit.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow