Left arrow Mur Lura

ART LI KIENET ITTIEHDET MILL-GVERN TINGHATA LURA LIS-SIDIEN TAGHHA

pr284
Date Icon 03/03/2003

Bis-saħħa ta’ liġi ġdida li l-Gvern għadda mill-Parlament, 527 tomna ta’ art li kienet ittieħdet mill-Gvern lis-sidien 19-il sena ilu, ingħatat lura lilhom.

Dan kien possibbli bis-saħħa ta’ l-Att tal-2001 dwar Restituzzjoni ta’ Certi Artijiet (Att XVII ta’ l-2001) li iffaċilita’ ir-radd lura ta’ artijiet li fl-1983 kienu ittieħdu taħt il-Liġi tal-Building Development Areas (BDA) u li ma nbnewx, u/jew li l-Gvern m’għadx għandu bżonn, biex b’hekk jingħataw lis-sidien privati mingħajr il-bżonn ta’ kuntratt jew formalitajiet oħra li jistgħu itawlu l-proċess. B’hekk saret ġustizzja ma’ diversi persuni li kellhom l-art tagħhom meħuda b’dik il-liġi.

L-area komplessiva ta’ l-artijiet mogħtija lura hija ta’ 527-il tomna, jew 592,707 metri kwadri, liema artijiet jinsabu fil-Mosta, San Giljan, Dingli, Msida, Naxxar, San Gwann, Zurrieq, San Pawl il-Baħar, Għaxaq, Kalkara, Qormi, Madliena, Attard u Xewkija Għawdex.

Din hi biss l-ewwel fażi tat-twettiq ta’ din il-liġi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow