Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JESMOND MUGLIETT, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI, WAQT L-INAWGURAZZJONI TAL-KUMPLESS SPORTIV TAL-COTTONERA -- 1 TA` MARZU, 2003

pr278
Date Icon 01/03/2003

Fil-pajjiż donnu hawn moviment sħiħ sabiex ninvestu f’facilitajiet sportivi li jixirqu lill-pajjiż modern.

Ftit xhur ilu konna flimkien għal ftuħ tas-Sala Sportiva ta` l-Universita`. Il-bieraħ inawgurajna s-sistema ta` floodlights u entratura għall-korsa taż-żwiemel. Illum qegħdin hawn sabiex niccelebraw il-ftuħ ta` dan il-Kumpless uniku.

Matul dawn l-aħħar xhur attendejna għal ħafna cerimonji oħrajn ta` facilitajiet f’diversi lokalitajiet, skejjel jew ta` għaqdiet. Dan l-investiment qiegħed ikun xprunat mill-politika tal-Gvern li jagħti t-titlu tal-facilitajiet li jmexxuhom. Huwa mixtieq u sostenibbli llum minħabba l-qabżiet li għamel fil-kwalita` tal-ħajja dan il-pajjiż.

Ma ħarisnix biss lejn il-bini u l-attrezzaturi tul dawn l-aħħar erba` snin.

    • Tajna importanza lill-edukazzjoni sportiva
    • Ħloqna prattika t`għajnuna xierqa u regolari lill-Assocjazzjonijiet
    • Għandna politika sabiex kull Assocjazzjoni jkollha facilitajiet xierqa fejn tiltaqa` jew ikun prattikat xi dixxiplini
    • Daħħalna programm ta` investiment sabiex titwessa l-partecipazzjoni fl-isport
    • Għinna sabiex jinħolqu skemi ta` partecipazzjoni għall-eccellenza sportiva
    • Qegħdin nikkoltivaw kultura li dan hu pajjiż idejali sabiex jorganizza tournamentssportivi internazzjonali ta` livell
    • Ħloqna strutturi f’Amministrazzjonijiet ġodda li għandhom l-għarfien u s-saħħa tal-Liġi ġdida għall-iSport

Dan hu l-wirt sportiv li dan il-Gvern qiegħed jagħti lill-poplu Malti

Meta bdejna nfasslu dan il-Kumpless kellna ħafna oġġettivi:-

  • Li l-Kumpless jikkumplimenta l-iskejjel tal-madwar
  • li jkun possibli jintuża għal attivitajiet sportivi differenti
  • li jkun ta` livell li jattira attivitajiet sportivi internazzjonali
  • li jkun mezz kif jiġġenera dħul sabiex isostni lilu nnifsu

Ħadna din l-opportunita` sabiex nikkrejaw sala b`seating capacity tali li tista` tospita` kompetizzjonijiet internazzjonali ta` livell u attivitajiet oħra li jħallu qliegħ.

Ridna li li dan il-bini jkun ta` livell estetiku xieraq bi standard ta` finishes tajjeb. B’dan il-mod biss nistgħu inwessgħu il-partecipazzjoni u t-turiżmu sportiv. Jien kuntent ferm li dan il-proġett li nibet fl-imħuħ Maltin, kien diżinjat minn Periti u Inġiniera Maltin, mibni, ffabrikat u mlesti minn kuntratturi Maltin, it-treġija tal-kostruzzjoni kienet f’idejn il-Maltin.

Nixtieq hawnhekk nirringrazzja lill-Periti u l-Inġiniera Strutturali, lill-Project Managers, Site Officers, Kuntratturi Ħaddiema u Quantity Surveyors. Ta` sodisfazzjon partikolari li r-responsabilita` ta` diżinn, ħruġ ta` tenders, kejl u superviżjoni saret kollha minn Ufficjali tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet u koperattivi u sezzjonijiet tal-istess Dipartiment tax-Xogħolijiet ħadmu x-xogħol kollu tal-aluminju, ħadid u bibien tat-toilets.

Nixtieq nirringrazzja lill-Ufficjali mis-Segretarjat li għenuni nikkoordina dan il-proġett.

Fl-aħħar nixtieq nirringrazzja lill-Gvern b’mod ġenerali, li fost tant talbiet minn setturi varji, għaraf li l-isport jeħtieġlu wkoll l-iffinanzjar regolari.

B’wicci minn quddiem ngħid li din il-Leġislatura fl-isport wettqet aktar milli kien imwiegħed. Minkejja dan fadal ħafna x’nagħmlu. Ftit ġranet oħra nqgħedu l-ewwel ġebla tal-Kumpless tal-Karwija, għaddejjin b’ħafna xogħol ieħor fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa. Għandna pjanijiet għal Skola Specjaliżżata għall-iSport. B’din ir-rankatura biss jirnexxilna nikkoltivaw kultura sportiva f’dan il-pajjiż.

Jiena ferħan li qegħdin nagħtu dan ir-rigal lin-nies tal-inħawi, lill-komunita` sportiva u l-poplu Malti in ġenerali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow