Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TA’ L-INAWGURAZZJONI TAL-PROĠETT TAD-DAWL ARTIFIĊJALI U ENTRATURA ĠDIDA, FIL-MALTA RACING CLUB. IL-ĠIMGĦA 28 TA’ FRAR 2003

PR276
Date Icon 28/02/2003
Ilqajt bil-ferħ l-istedina biex ninawgura l-proġett tad-dawlartifiċjali u l-entratura l-ġdida fil-Marsa Racing Club. Żgur li dawn iż-żewġ proġetti ser ikabbru l-popolarità tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta. Il-Malta Racing Club ilu mwaqqaf mill-elf tmien mija u tmienja u sittin, meta numru żgħir ta’ uffiċjali tas-servizzi bdew jorganizzaw tlielaq tal-galopp bl-istess żwiemel li kienu jużaw għal-logħob tal-Polo.
Maż-żmien, il-korsa tal-Marsa tkompliet tiżviluppa,żdiedu l-faċilitajiet u b’hekk dan l-isport kiber fil-popolarità.
Kumitat wara ieħor taw il-kontribut tagħhom biexdan isir, imma llum nixtieq nemfasizza x-xogħol intensiv li sar f’dawn l-aħħar sentejn. Meta ċ-Chairman tal-Malta Racing Club, is-Sur George Fenech, semma l-impenn tal-kumitat tiegħu, u ta’ dawk kollha li kkontribwew għat-tkomplija ta’ dawn il-proġetti, qagħad lura milli jsemmi kemm proġetti bħal dawn jeħtieġu tmexxija għaqlija u effettiva.
Illum s-Sur Fenech hu magħruf sew bħala wieħedmill-pijunieri tat-Turiżmu f’Malta u għas-suċċessi li kellu fin-negozju tiegħu li kkontribwew u qed jikkontribwixxu b’mod qawwi sew lejn l-ekonomija ta’ Malta.
Bl-istess impenn is-Sur Fenech ta d-direzzjoni fl-implimentazzjonita’ dawn il-proġetti, u ta’ dan ħaqqu kull ringrazzjament.
Il-Gvern tiegħi minn dejjem wera l-interess tiegħufil-qasam sportiv, u nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem illi dawn l-aħħar erba’ snin l-impenn tagħna kien iktar intensiv u tanġibbli. Għada stess jien se ninawgura kumpless ġdid ta’ l-isports mill-aqwa ġewwa Bormla.
Is-sena l-oħra, l-Gvern tiegħi għaddariżoluzzjoni fil-Parlament biex numru ta’ faċilitajiet sportivi ġew mgħoddija lil għaqdiet sportivi li kienu qed jużawhom.
Minbarra hekk, tlestew faċilitajiet ġodda biexjagħmlu tajjeb, kemm għal-Logħob tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar li ser isiru f’Malta aktar tard din is-sena, kif ukoll biex jibqgħu jitgawdew mill-Maltin u l-Għawdxin.
Miżuri oħrajn li ħadna kien l-approvazzjonital-liġi ġdida għall-isports, u, t-twaqqif fl-Università ta’ Malta ta’ l-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u Sport.
Dan inqisuh bħala investiment fiż-żgħażagħtagħna. B’dan l-investiment titkattar il-parteċipazzjoni fl-isport u tikber il-kultura. Jalla li ż-żieda fil-parteċipazzjoni ġġib s-suċċessi għal pajjiżna f’diversi dixxiplini sportivi.
Jiena żgur li fis-snin li ġejjin il-korsa tal-Marsaser tkompli tiżviluppa. Nittama li fiż-żmien mhux ’il bogħod il-faċilitajiet kollha jkunu fl-istess livell li hawn fl-Ewropa u f’postijiet oħra magħrufa għal dan l-isport.
Nawgura illi l-impenn ta’ dawk kollha likkontribwew biex dawn il-proġetti tlestew fil-ħin jibqa’ jkun konsistenti u min-naħa tal-Gvern tiegħi mhux ser noqogħdu lura biex l-appoġġ li tajna s’issa jkompli jingħata bis-sħiħ fiż-żmien li ġej.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow