Left arrow Mur Lura

Is-segretarju parlamentari edwin vassallo iwiegeb ghal ittra tal-kap ta’ l-oppozizzjoni dwar is-self employed

PR265
Date Icon 27/02/2003
"Fis-sena 2002, inhargu 752 licenzja ta’ negozji godda u kienhemm zieda ta’ Lm18-il miljun f’importazzjoni ta’ prodotti ghall-konsum." Hekk habbar is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo f'konferenza stampa fejn ta wkoll l-istatistika rigward il-ħruġ tal-permessi u irreagixxa ghall-ittra li bagħat il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant lis-self employed, permezz ta' dawn il-kummenti.
L-istatistika, li turi bl-izjed mod car, żjieda fl-importazzjonita' prodotti għall-konsum (ara tabella 1), tixhed kif fis-sena li għaddiet, kellna wkoll żieda fin-nefqa tal-konsumatur Malti u Għawdxi. B'mod ġenerali, in-nefqa tal-konsumatur fis-suq lokali żdiedet u dan ifisser li f'dan il-pajjiż hawn il-flus fl-idejn. Tant hu hekk, li fl-istatistika dwar ħruġ ta' liċenzji ġodda għas-sena 2002, reġgħet kienet reġistrata żieda fin-numru ta’ liċenzji tan-negozji ġodda (ara tabella 2 ).
Dan kollu jikkontradixxi bl-iktar mod qawwi dak likiteb l-Onor. Dr. Alfred Sant fl-ittra tiegħu lis-self-employed. Għall-kuntrarju ta' dak li kiteb f'din l-ittra, f'pajjiżna għandna suq fejn il-kompetizzjoni qed tikber kuljum, għaliex l-attivita' kummerċjali qiegħda tiżdied. Li kieku f'pajjiżna kellna suq staġnat, kieku ma kienx ikollna la żjieda fin-nefqa għall-konsum mill-konsumaturi Maltin u Għawdxin, u lanqas kien ikollna żieda fil-ħruġ ta’ liċenzji ġodda. Infatti meta għal sentejn kellna suq staġnat jigifieri li fihom inħarġu l-anqas liċenzji tan-negozju, dawn kienu s-sentejn meta l-Onor. Dr. Alfred Sant kien Prim Ministru.
Il-verita' hija li f'din l-aħħar sena,il-kompetizzjoni u d-diversifikazzjoni fin-negozju żdiedu u hekk żdied ukoll il-konsum. Din l-istatistika (tabella no 1) maħruġa mill-Ufficju Nazzjonali ghall-Istatistika, turi ż-żjieda fl-importazzjoni ta' prodotti mportati għall-konsum lokali.

Tabella 1

ImportazzjoniJan-DecJan-Dec Żjieda ta' LMgħall-konsum              2001                             2002                                  (miljuni)Ikel u Xorb                    97.1                             99.6                                      2.5Durable goods              117.8                           123.9                                     6.1 Ohrajn                          64.2                             74.3                                     10.1 Total                            279.1                            297.8                                   18.7
Din l-istatistika tikkonferma kif żdied il-kummerċmill-ħwienet u s-swieq tagħna. Żjieda ta' 18 il-miljun lira fis-sena li għaddiet għall-konsum fis-suq lokali, hija prova li n-nefqa fuq livell ġenerali fin-negozji tagħna żdiedet.
Iżda l-isfida fis-suq lokali hija ż-żieda fin-numruta' dawk li qed jiftħu n-negozji ġodda u dan għaliex il-fiduċja tas-self-employed fil-Politika tal-Gvern għenet biex filwaqt li żdiedet in-nefqa fil-konsum fis-suq lokali, f'pajjiżna wkoll ġiet reġistrata żieda fil-ħruġ ta' permessi ta’ negozji ġodda u bdil ta' l-idejn ta’ negozji.
Minn Mejju 2002 meta bdew jinħadmu l-proċeduriġodda ghal-ħruġ tal-licenzji tan-negozju sa l-aħħar ta' Diċembru 2002, fit-Trade Licensing Unit, kienu reġistrati bħala validi 1,628 applikazzjoni, li minn dawn 708 kienu proċessati u approvati.
Minn din l-istatistika pubblikata, wieħed jista'jieħu ndikazzjoni taż-żjieda fl-attivita' kummerċjali u t-trasferimenti ta’ negozji li saru. Tabella 2 tindika l-ħruġ tal-permessi tan-negozji ġodda.

Tabella 2

Formola           Tip ta' Liċenzji                  Applikazzjonijiet             Liċenzji Maħruġa

   A                Applikazzjoni ġdida                       21                                 5
                     mingħajr il-permess
                     tal-MEPA

   C                Applikazzjoni ġdida                       473                              264
                     bil-permess tal-MEPA

   H                Street Hawker                              181                               62

   I                 Market Hawker                             250                              124

Total                                       925                              425

Minn Jannar sa l-aħħar t'April 2002 il-Pulizija ħarġu 297 liċenzji tan-negozju
Għalhekk total ta' liċenzji għan-negozji ġodda maħruġ fl-2002 huwa ta' 752

Rigward trasferimenti ta' liċenzji tan-negozji, din l-istatistika (tabella 3) tagħti wkoll indikazzjoni ta' f'hiex kienet tikkonsisti t-talba ta' l-applikazzjonijiet għand it-Trade Licencsing Unit.

Tabella 3

FormolaTip ta' LiċenzjiApplikazzjonijietLiċenzji Maħruġa
Maħruġa

   B                Bidla ghas-sistema                       48                                 14
                     l-gdida

   D                Bidla ta' l-attivita kummercjali         49                                 18
                     meta diga hemm
                     permess tal-MEPA

   E                Trasferiment tal-licenzja                318                                83
                     fuq persuna ohra

   F                Trasferiment tal-licenzja                20                                  6
                     b' wirt  

  O                 Bidla ta' l-attivita kummercjali        52                                 27                    
                     meta l-permess tal-MEPA
                     mhux mehtieg

Total                                       487                              148

Rigward kancellazzjonijiet ghand it-Trade Licensing Unit huwa rregistrat li kien hemm talba ghal 164 kancellazzjoni u li minnhom gew approvati 41

Din iż-żjieda ta' reġistrazzjoni fl-attivita' kummerċjali hija riżultat tal-ħidma li wettaq il-Gvern, fis-simplifikazzjoni tal-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji. Ta’ min ifakkar li fl-1997 u 1998, inħarġu biss 418 u 388 liċenzja tan-negozju rispettivament.

Dawn kienu s-sentejn taht amministrazzjoni Laburista, li fihom kienu ħarġu l-inqas liċenzji tan-negozji, u dan bhala riżultat ta' l-inċertezza fil-politika tal-Gvern u n-nuqqas ta' fiduċja li l-konsumatur kellu, fil-mod ta' kif kien qed jitmexxa l-pajjiż. Dawn kienu s-sentejn ukoll li fihom l-applikazzjoni ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kienet iffriżata.

Minn din l-istatistika wieħed jinnota l-effett negattiv li pajjiżna ġarrab immedjatament meta kienet iffriżata l-applikazzjoni tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Din hija l-aħjar indikazzjoni li għandna ta' x'jista' jiġri mmedjatament kemm-il darba l-vot fir-Referendum għal sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, ma jsibx l-approvazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi.

Meta wieħed jevalwa l-istatistika rigward il-ħruġ tal-permessi tan-negozji ta' dawn l-aħħar sitt snin, wiehed jara kif żdiedet il-fiduċja tal-Maltin u Għawdxin fl-attivita' kummerċjali. Ta’ min jghid ukoll illi kieku kellna ngħoddu l-liċenzji li ħarġu l-Pulizija, ma' dawk kollha li kienu approvati mit-Trade Licensing Unit, l-ammont tal-Liċenzji tan-negozji għall-applikazzjonijiet diversi, jammonta għal 1,005 liċenzja tan-negozji approvati għal din is-sena. Kemm-il darba mas-752 liċenzja tan-negozji ġodda jkunu kalkulati l-liċenzji ġodda maħruġa minn Awtoritajiet oħra, iċ-ċifra ta' 752 liċenzja ġdida huwa kkalkulat li taqbeż sew it-800 liċenzja tan-negozji ġodda.

F'din is-sitwazzjoni, il-Gvern huwa mpenjat li jasal biex filwaqt li qed jikber in-numru tan-negozji ġodda, jinħoloq il-mekkaniżmu li jkun kapaċi jirregola li fis-suq ikollna iżjed diversifikazzjoni u anqas duplikazzjoni tan-negozju.

Dan l-eżerċizzju għandu jwassal biex filwaqt li jkollna ftuħ ta' iżjed ħwienet, ikollna l-mod li naraw li ħwienet ta' l-istess xorta ma jiftħux ħdejn xulxin.

“Bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern huwa mpenjat biċ-Charter Ewropew għan-Negozji z-Żgħar, li mhux biss jara kif ikun hemm mezz irħas u eħfef biex jgħin lin-negozji jibdew jaħdmu, izda wkoll kif kull negozju jkun negozju sostenibbli." 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow