Ftuħ ta’ Sunflower Room fl-Isptar Boffa
PR263
27/02/2003
| “F’dawn l-aħħar snin, ingħatat spinta kbira | fil-kura tal-kanċer u r-riżultati miksuba f’din il-kura, iħabtuha tajjeb ferm ma’ dawk ta’ pajjiżi oħra aktar sinjuri minna.” Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Dr. Louis Deguara meta llum inawgura s-Sunflower Room fl-isptar Boffa. |
| Dan kien possibli għaliex fl-isptar Boffa, il-Gvern | bħal f’kull qasam ieħor tal-kura, qiegħed jaħdem fuq l-introduzzjoni ta’ riformi li għandhom jissarfu f’servizzi ta’ kura aħjar. Dan l-isptar miexi lejn awtonomija finanzjarja. Is-sistema ta’ kontroll ta’ nfieq finanzjarju hija f’postha u dan għen lill-impjegati biex isiru aktar konxji mill-użu tajjeb tar-riżorsi finanzjarji. |
| Is-sena l-oħra, id-Dipartiment ta’ l-Onkoloġija | kellu 18,000 attendenza u madwar 800 każ ġdid. Id-Dipartiment tar-Radjuterapija jipprovdi servizzi komprensivi permezz ta’ apparat u teknoloġija l-aktar moderna, li kien jirrikjedi investiment sostanzjali. Il-linear accelerator kien installat bl-għajnuna mogħtija mill-Unjoni Ewropea u bħalissa qed jiġi installat three dimensional planning system li huwa in parti finanzjat mill-International Atomic Energy Agency. Ġew ukoll individwati fondi biex jinxtara CT simulator ġdid. |
| Illum fid-Dipartiment ta’ l-Onkoloġija m’hemmx | lista ta’ stennija biex tinbeda l-kura tal-kanċer, kemm bir-raġġi kif ukoll bil-kimoterapija. Dan huwa ta’ benefiċċju kbir għall-pazjenti għaliex il-fejqan jiddependi ferm fuq it-tempestività tal-kura. |
| Għall-benefiċċju wkoll tal-ħaddiema fid-Dipartiment | ta’ l-Onkoloġija, ittieħdu miżuri sabiex is-servizzi jkunu konformi mal-provediment ta’ l-Unjoni Ewropea dwar protezzjoni mir-radjazzjoni. F’dan l-isptar għaddej ukoll programm ta’ moderniżżar ta’ swali biex jitjieb l-ambjent li jilqa’ fiħ pazjenti b’mard serju ħafna. |
| Illum il-Malta Hospice Movement hu sinonimu | mal-marda tal-kanċer u jagħmel ħafna xogħol utli f’dan il-kamp. Teżisti koperazzjoni sħiħa bejn il-Gvern u l-Malta Hospice Movement li jaħdem mingħajr heda biex jipprovdi kull tip ta’ għajnuna u ‘support’ għall-pazjenti morda bil-kanċer u l-familjari tagħhom. Il-Malta Hospice Movement hi għaqda volontarja fost ħafna, li tibbenifika minn għajnuna tal-Gvern. Fil-fatt il-Hospice Movement jingħata Lm65,000 fis-sena biex tgħinu fil-missjoni li jwettaq. Ix-xogħol li jwettaq iqum ferm u ferm aktar minnhekk. |
| Il-Hospice Movement jaħdem id f’id mal-konsulenti | u l-awtoritajiet ta’ l-isptar biex flimkien ifasslu strateġija ta’ kif pazjenti u familjari tagħhom ikollhom ‘support’ f’mumenti diffiċli ferm. Id-Diviżjoni tas-Saħħa poġġiet għad-dispożizzjoni tal-Hospice Movement kamra fl-isptar biex is-servizz ta’ dan il-moviment ikun eqreb lejn il-pazjent. Il-Moviment ħa ħsieb li mill-fondi tiegħu jattrezza din il-kamra b’mod li tipprovdi atmosfera serena għal dawk li jagħmlu użu minnha. |
| Din il-kamra għandha sservi ta’ refuġju għal | dawk li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli. F’ambjent seren ikunu jistgħu jiltaqgħu mal-konsulenti, paramediċi u nies mill-Moviment Hospice biex jingħataw is-support meħtieġ. |
| Fl-aħħarnett il-Ministru Louis Deguara rringrazzja | lill-Hospice Movement għax-xogħol fejjiedi li jagħmlu mingħajr ħafna daqq ta’ trombi. Il-Gvern japprezza ferm din l-għajnuna u koperazzjoni minn għaqdiet volontarji. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932