Investiment qawwi fi żvilupp rurali
PR253
25/02/2003
Is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea se twassal għal investiment qawwi fi proġetti marbuta ma’ żvilupp rurali, tant li għal dan l-iskop, Malta mistennija tkun intitolata għal madwar 36 miljun Ewro mill-Unjoni Ewropea fl-ewwel tliet snin ta’ wara s-sħubija.
Dan qalu l-Ministru għall-Agrikultura u s-Sajd, l-Onor. Ninu Zammit meta dalgħodu żar xogħlijiet ta’ tisbiħ u riabilitazzjoni li qed isiru mill-Ministeru biex ikompli jissebbaħ l-ambjent ta’ l-inhawi tac-Chadwick Lakes fil-limiti tar-Rabat.
| Dawn ix-xogħlijiet jinkludu faċilitajiet ta’ | rikreazzjoni għall-pubbliku fl-inħawi tal-pont tal-Fiddien, aċċess aħjar mad-dawra tal-wied minn ħdejn il-pont tal-Fiddien għall-pont tal-Għemieri, it-twaħħil ta’ bankijiet tul passaġġ li jwassal għall-pont tal-Għemieri, ilqugħ u poġġamani f’postijiet ta’ periklu biex il-post ikun aktar ‘safe’ għall-pubbliku u tħawwil ta’ pjanti u siġar. |
| Parti sostanzjali minn dawn ix-xogħlijiet qed issir | minn ħaddiema tad-Dipartiment ta’ l-Agrikultura. |
| Il-Ministru Zammit qal li hu l-ħsieb tal-Gvern li | jkompli għaddej bir-riabilitazzjoni ta’ dawn il-widien. Peress li ħafna mix-xogħol jinvolvi l-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ li jservu ta’ lqugħ għall-ħamrija fl-għelieqi li hemm tul il-widien, dawn ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jsiru b’kooperazzjoni mal-bdiewa li, bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, se jkunu intitolati għal fondi għal dan l-iskop. |
| Hu żied li, fil-fatt, għar-restawr jew bini mill-ġdid | ta’ ħitan tas-sejjieħ, Malta se tkun allokata 8 miljun Ewro jew kważi Lm3.8 miljun mill-Unjoni Ewropa għall-ewwel tliet snin ta’ wara s-sħubija. Dan minbarra 500,000 Ewro oħra li huma allokati għal din is-sena. |
| Il-Ministru Zammit qal li minbarra l-manutenzjoni u | restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ, hemm miżuri oħra ta’ żvilupp rurali li se jkunu jistgħu jitwettqu minn pajjiżna permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea. Dawn jinkludu investiment f’riabilitazzjoni ta’ rziezet, immaniġġjar ta’ riżorsi ta’ l-ilma, biedja organika, tħawwil ta’ siġar għal skop ta’ afforestazzjoni, u inizjattivi marbuta ma’ swieq u ipproċessar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932