Left arrow Go Back

Investiment qawwi fi żvilupp rurali

PR253
Date Icon 25/02/2003

Is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea se twassal għal investiment qawwi fi proġetti marbuta ma’ żvilupp rurali, tant li għal dan l-iskop, Malta mistennija tkun intitolata għal madwar 36 miljun Ewro mill-Unjoni Ewropea fl-ewwel tliet snin ta’ wara s-sħubija.

Dan qalu l-Ministru għall-Agrikultura u s-Sajd, l-Onor. Ninu Zammit meta dalgħodu żar xogħlijiet ta’ tisbiħ u riabilitazzjoni li qed isiru mill-Ministeru biex ikompli jissebbaħ l-ambjent ta’ l-inhawi tac-Chadwick Lakes fil-limiti tar-Rabat.

Dawn ix-xogħlijiet jinkludu faċilitajiet ta’rikreazzjoni għall-pubbliku fl-inħawi tal-pont tal-Fiddien, aċċess aħjar mad-dawra tal-wied minn ħdejn il-pont tal-Fiddien għall-pont tal-Għemieri, it-twaħħil ta’ bankijiet tul passaġġ li jwassal għall-pont tal-Għemieri, ilqugħ u poġġamani f’postijiet ta’ periklu biex il-post ikun aktar ‘safe’ għall-pubbliku u tħawwil ta’ pjanti u siġar.
Parti sostanzjali minn dawn ix-xogħlijiet qed issirminn ħaddiema tad-Dipartiment ta’ l-Agrikultura.
Il-Ministru Zammit qal li hu l-ħsieb tal-Gvern lijkompli għaddej bir-riabilitazzjoni ta’ dawn il-widien. Peress li ħafna mix-xogħol jinvolvi l-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ li jservu ta’ lqugħ għall-ħamrija fl-għelieqi li hemm tul il-widien, dawn ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jsiru b’kooperazzjoni mal-bdiewa li, bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, se jkunu intitolati għal fondi għal dan l-iskop.
Hu żied li, fil-fatt, għar-restawr jew bini mill-ġdidta’ ħitan tas-sejjieħ, Malta se tkun allokata 8 miljun Ewro jew kważi Lm3.8 miljun mill-Unjoni Ewropa għall-ewwel tliet snin ta’ wara s-sħubija. Dan minbarra 500,000 Ewro oħra li huma allokati għal din is-sena.
Il-Ministru Zammit qal li minbarra l-manutenzjoni urestawr ta’ ħitan tas-sejjieħ, hemm miżuri oħra ta’ żvilupp rurali li se jkunu jistgħu jitwettqu minn pajjiżna permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea. Dawn jinkludu investiment f’riabilitazzjoni ta’ rziezet, immaniġġjar ta’ riżorsi ta’ l-ilma, biedja organika, tħawwil ta’ siġar għal skop ta’ afforestazzjoni, u inizjattivi marbuta ma’ swieq u ipproċessar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow