Left arrow Mur Lura

Miżuri biex titħaffef l-amministrazzjoni tal-V.A.T.

PR250
Date Icon 25/02/2003
Kif tħabbar fid-Diskors tal-Budget 2003 mill-Ministrutal-Finanzi, l-Onor. John Dalli, ser ikomplu jittieħdu miżuri sabiex titħaffef l-amministrazzjoni tal-VAT għas-self-employed u kumpaniji żgħar. Fost dawn il-miżuri, il-Ministru Dalli kien ħabbar li, fil-każ ta' dawk in-negozji żgħar u self-employed li jħaddmu medja ta' ħamsa (5) min-nies u li t-turnover tagħhom ma teċċedix il-250 elf Liri Maltin, dawn se jibdew jieħdu l-ħlas lura tal-VAT (VAT refunds) fi żmien tletin (30) jum mid-data tad-dikjarazzjoni tagħhom, sakemm din tintbagħat fil-ħin.
Il-Ministeru tal-Finanzi jixtieq jgħarraflill-operaturi tan-negozju li d-Dipartiment tal-VAT għamel l-arranġamenti meħtieġa sabiex din il-miżura tkun tista' titwettaq mingħajr dewmien. Għalhekk:
  1. dawk il-persuni reġistrati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' din l-iskema u li d-data ta' l-għeluq tal-perjodu tad-dikjarazzjoni tagħhom, hija l-31 ta' Jannar 2003, u li għalhekk din id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat sal-15 ta' Marzu 2003, ser jirċievu l-ħlas lura tal-VAT, fejn dan hu dovut, sal-15 ta' April 2003. Dan jibqa' jsir mal-persuni reġistrati l-oħra xahar wara xahar, skond il-każ;
  2. sabiex jiddetermina liema negozji żgħar u self-employed għandhom jibbenefikaw taħt din l-iskema, d-Dipartiment tal-VAT se jikkunsidra n-numru ta' impejgati ddikjarat, meta saret ir-reġistrazzjoni għall-VAT. Fl-istess ħin iżda, d-Dipartiment qed jieħu l-passi meħtieġa sabiex it-taxpayers relevanti jkunu jistgħu jaġġornaw l-informazzjoni eżistenti. Din l-informazzjoni mbagħad tiġi verifikata mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC). Dawk it-taxpayers l-oħra li jaħsbu li saru intitolati li jibbenefikaw taħt din l-iskema, għandhom jinfurmaw lid-Dipartiment u jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa;
  3. sabiex jiddetermina t-turnover ta' dawk li għandhom jibbenefikaw, id-Dipartment tal-VAT għal din is-sena se jikkunsidra l-valur tal-bejgħ irrapurtat għall-perjodu 1 ta' Diċembru 2001 - 30 ta' Novembru 2002.

Rifużjoni tal-VAT

Miżura oħra mħabbra fid-Diskors tal-Budgethija li, għas-sena 2003, ir-rifużjoni ta' taxxa tal-VAT tibda titħallas lill-kumpaniji reġistrati li jipprovdu prodotti u servizzi eżenti bi kreditu f'4 xhur flok f'5 xhur. Mis-sena 2004, ir-rifużjoni ssir fi żmien 3 xhur flok 4 xhur.
Dan ifisser li dawk li l-bidu tal-perjodu tad-dikjarazzjonitagħhom jibda fl-1 ta' Jannar 2003 u jagħlaq fil-31 ta' Marzu 2003 u li għandha tasal fid-Dipartiment mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju 2003, ser jirċievu l-ħlas lura tal-VAT fi żmien 4 xhur minn din id-data flok f'5 xhur.
Il-Ministeru tal-Finanzi għandu l-pjaċir iħabbarli dan l-arranġament se jiġi estiż għal dawk il-persuni reġistrati kollha li jipprovdu prodotti u servizzi eżenti bi kreditu, bħal bdiewa, produtturi u bejjiegħa tal-laħam.


Penalijiet

Mill-ewwel ta' Jannar 2003 ukoll, skond l-iskema mħabbra fil-Budget,min jibgħat id-denunzja tiegħu mhux fil-ħin għall-ewwel darba, minħabba ċirkostanzi li mhumiex normali, il-penalijiet kontemplati fil-liġi tal-VAT rigward dewmien biex tintbagħat id-denunzja jinħafru u minflok tingħata twiddiba. F'każ li n-nuqqas jirrepeti ruħu, il-penalijiet jiġu applikati skond il-liġi. Għaldaqstant, din l-iskema tidħol fis-seħħ għall-perjodu ta' taxxa li jibda fl-ewwel ta' Jannar 2003.
Fl-aħħar diskors tal-Budget, il-Ministrutal-Finanzi l-Onor. John Dalli kien ħabbar ukoll li d-Dipartiment tal-VAT kien qed iħejji d-dettalji ta’ skema oħra li tipprovdi għat-tnaqqis ta’ penali amministrattiva, li kienet giet imposta skond l-Att ta’ l-1995 dwar Taxxa fuq Valur Miżjud u l-Att ta’l-1997 dwar Taxxa ta’ Dwana u Sisa fuq dawk il-persuni, li bagħtu l-prospett jew prospetti tagħhom tard jew talli naqsu li jirreġistraw fil-ħin għall-finijiet ta’ dawn l-Atti. Fi żmien qasir, il-persuni li jistgħu jibbenifikaw ser jirċievu tagħrif dettaljat mid-Dipartiment dwar din l-Iskema.
Dawn l-arranġamenti juru l-impenn tal-Gvern kemmbiex jitwettqu l-miżuri mħabbra fid-Diskors tal-Budget mill-aktar fis possibli, kif ukoll biex ikompli jsostni l-iżvilupp tan-negozji ż-żgħar u tas-self employed.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow