Stqarrija tal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
PR243
21/02/2003
| Dalghodu waqt konferenza stampa quddiem il-Ministeru ta’ l-Affarijiet | Barranin, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni kompla bil-kampanja ta’ ngann tieghu biex jipprova jwaqqaf akkost ta’ kollox l-ishubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Ghal darb’ohra huwa pprova jara kif jaghmel biex ipingi il-LM81 miljun li Malta ser tircievi mill-Unjoni Ewropea bhala xi haga negattiva. |
| Fin-negozjati ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni | Ewropea, ghall-ewwel tliet snin Malta irnexxielha tikseb pakkett ta’ LM81 miljun netti. Peress li dan l-ammont jizboq bil-kbir l-LM400,000 fis-sena li Malta forsi jirnexxielha tikseb f’kaz li ma nissiehbux, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni ilu jaghmel minn kollox biex jipprova jcekken dan l-ammont. |
| L-iswed fuq l-abjad ma jista jmerih hadd. Il-flus li | ser tircievi Malta qeghdin hemm biex jibbenefika minnhom kulhadd permezz, per ezempju, ta’ arja iktar nadifa, ibhra iktar indaf, u toroq ahjar. Jekk Malta ma tissehibx fl-UE, dawn il-flus ikollhom johorgu kollha minn butna. |
| Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni ipprova jghid ukoll li | fil-Budget ta’ bejn l-2007 u l-2013 Malta tkun trid taghti aktar lill-UE milli tircievi. Bhalissa il-livell ta’ l-ekonomija Maltija huwa biss ta’ 55% tal-medja tal-pajjizi Ewropej. Huwa impossibli li fi zmien 31 xahar Malta ser tlahhaq ma’ shabha l-Ewropej. Ghalhekk, fil-perspettiva finanzjarja 2007 sa 2013, li trid tigi miftiehma bl-approvazzjoni anke ta’ Malta, hija haga certa li Malta tkompli tkun meqjusa bhala regjun Objective 1, jigifieri li tikkwalifika ghall-oghla ammont possibbli ta’ fondi u tircievi aktar milli thallas. |
| Mhux xieraq li l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni jipprova jizgwida | lill-poplu Malti b’dan il-mod. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932