Left arrow Go Back

stqarrija mill-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI: L-eta’ ta’ l-irtirar mhux ser toghla minhabba shubija fl-Unjoni Ewropea

PR241
Date Icon 21/02/2003

F’dawn l-ahhar granet il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni kiteb lil numru ta’ individwi sabiex jinfurmahom li l-mexxejja ta’ l-Unjoni Ewropea qablu, li jghollu l-eta’ ta’ l-irtirar, ghal hamsa u sittin sena. Il-Ministeru ghall-Politika Socjali jichad kategorikament dak li kiteb il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u jiddikjara li din m’hi xejn ghajr gidba ohra mmirata biex tbezza lin-nies, lejliet l-ghazla storika li dan il-poplu jrid jaghmel fir-referendum tat-8 ta’ Marzu.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni jaf li l-Kummissjoni Ewropeja m’ghandha l-ebda awtorita’ li tiddeciedi dwar skemi ta’ rtirar, beneficcji socjali jew pensjonijiet. Decizjonijiet ta’ din in-natura huma kompitu tal-Gvernijiet tal-pajjizi membri.

Dan ifisser li taht l-ebda cirkustanza mhu ser ikun hemm tibdil fl-eta’ ta’ l-irtirar, kawza ta’ shubija fl-Unjoni Ewropea. Huwa l-Gvern Malti li jiddeciedi fuq materji bhal dawn. Bl-istess mod, huwa l-Gvern Malti li jiddeciedi kemm, meta u kif iridu jinghataw il-beneficcji socjali; u shubija fl-Unjoni Ewropea mhi ser iggib l-ebda tnaqqis jew tnaqqir tal-beneficcji socjali li l-Gvern Malti qed ihallas.

Shubija fl-Unjoni Ewropea, mill-banda l-ohra taghti l-possibilta’ lil kull cittadin sabiex il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ socjali mhallsa f’xi pajjiz membru, jkunu jistghu jigu trasferiti minghajr tnaqqis f’dak il-pajjiz li minnu jkun qed jintalab xi beneficcju kontributorju. Dan apparti mill-fatt li l-esperti kollha kkonfermaw (fil-miftuh u mhux bil-mohbi) li s-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ggib tkabbir tal-gid nazzjonali b’mod li jissarraf f’titjib fil-qasam socjali ta’ pajjizna.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni ghandu d-dmir li jkun leali lejn il-poplu Malti billi qabel xejn ikun leali lejn il-verita. B’dak li kiteb fl-ittra tieghu, il-Kap tal-Oppozizzjoni wera’ li ma jimpurtahx mill-verita’.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow