STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI: KOPERAZZJONI FIL-QASAM TA’ L-INFORMATIKA BEJN IL-GVERN U L-PRIVAT
Il-Gvern jinsab ghaddej b’politika ta’ ‘outsourcing’ fil-qasam tal-politika elettronika, liema politika llum giet rikonoxxuta mill-Kamra tal-Kummerc bħala politika li qed tagħti opportunitajiet kbar u possibilta’ ta’ tisħiħ lill-kumpaniji Maltin. Dettalji dwar dan ingħataw mill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, l-Onor. Dr. Austin Gatt, li flimkien mas-Sur John Ambrogio, President tal-ITTs tal-Kamra tal-Kummerc indirizzaw lill-‘media’.
Id-diskussjonijiet bejn is-sezzjoni tal-IT tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, bdew hekk kif dan l-istess Ministeru ingħata r-responsabilta’ ghall-politika elettronika. Fl-imgħoddi, r-relazzjonijiet bejn il-Gvern u s-settur privat fil-qasam tal-ICT ma kienux fl-aħjar sitwazzjoni possibbli.
Il-proċess ta’ konsultazzjoni mas-settur kienu kontinwi, kif ukoll miftuħa, b’viżjoni ċara ta’ fejn ridna naslu. Kienu taħdidiet u diskussjonijiet mibnija fuq il-ħolqien ta’ sitwazzjonijiet li minnhom jibbenfikaw iż-żewġ naħat.
Il-politika li thaddmet fil-kuntest ta’ ‘outsourcing’, kienet mibnija fuq il-fatt li l-industrija lokali għandha ħiliet kbar, kemm fl-iżvilupp ta’ sistemi, kif ukoll fil-kuntest ta’ negozju. Iktar minn hekk, kompla Dr. Gatt, ridna li ninkludu lis-settur privat fis-suċċess tal-Gvern li jwettaq ir-rivoluzzjoni li qed issir fis-servizz pubbliku, bl-implimentazzjoni tal-Gvern Elettroniku.
Kien għalhekk li fl-aħħar sena, saru sejħiet pubbliċi għall-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-eGovernment. Il-proċess tal-għażla kien wieħed mill-iktar trasparenti, fejn anke sar rapport estensiv u dettaljat dwar kif tmexxa l-proċess ta’ għazla.
Il-vantaġġi ta’ din il-politika wasslu, biex filwaqt li l-Gvern ħa valur għall-flus li ġew investiti, setgħa jkun hemm żvilupp ta’ iktar minn sistema waħda fl-istess ħin, u għalhekk setgħa jniedi numru ta’ servizzi fi żmien qasir.
Il-Ministru Gatt spjega, li l-kwalita’ tal-proġetti li ġew żviluppati mis-settur privat Malti kienu ta’ l-ogħla livell, u saħansitra, tnejn minnhom ġew sottomessi għall-eEurope Awards li ser jitħabbru f’Lulju li ġej f’Como.
Dr. Gatt enfasiżża li fil-fehma tiegħu fadal iktar xi jsir, u għal dan il-għan, tul dawn l-aħħar xhur, saru diskussjonijiet intensivi bejn iż-żewġ naħat, biex jiġi formulat l-hekk msejjaħ e-Government Outsourcing Framework, għas-snin 2003-2004.
Fil-prinċipju, dan il-framework jaħseb biex joħloq il-bilanċ bejn l-importanza tas-sigurta’ tal-Gvern, it-tisħieħ tal-aġenziji ċentrali tal-ICT, l-użu ta’ teknoloġiji ta’ l-ogħla livell, u t-tisħiħ tas-settur privat lokali.
Ir-rwol tal-aġenziji ċentrali tal-ICT ser ikun li jieħu r-responsabilta’ ta’ aspetti sensittivi, sistemi ta’ ċerta sigurta’, dak li huwa maghruf bhala ICT Governance, applikazzjoni strateġiċi u servizzi ċentrali.
Minn naħa l-ohra, is-settur privat ser ikun responsabbli mill-iżvilupp ta’ back-end systems ġodda; Front-end systems ġodda u l-integrazzjoni tagħhom mal-back-end; integrazzjoni tal-applikazzjonijiet ma’ servizzi ċentrali; parteċipazzjoni ikbar fil-proċess ta’ change management; u l-iżvilupp ta’ sistemi biex jintużaw minn diversi delivery channels.
Il-Ministru Gatt spjega li dan il-pjan huwa intenzjonat li jagħti sinjal ċar tad-direzzjoni li rridu nimxu fiha, kif ukoll jirrinforza r-relazzjoni b’saħħitha li teżisti.
Il-Ministru Gatt tkellem ukoll dwar il-holqien ta’ Centru ta' eccellenza fil-qasam tal-Informatika. Huwa spjega li aspett principali tal-ftehim li ntlahaq bejn il-Gvern u l-Microsoft, wara l-laqghat bejn il-Ministru Austin Gatt u Bill Gates, huwa l-holqien tac-Centru ta' eccellenza fis-settur teknologiku sas-sajf ta' din is-sena.
Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali spjega li dan ic-centru ser ikun ifisser li s-settur lokali ser ikollu access ghas-sourcecode, jigifieri c-cavetta tal-Microsoft operation systems kollha. Minbarra dan, programmi li jigu zviluppati bis-sahha ta' dan l-access, jiddahhlu fil-Global Microsoft Marketing Plans. Huwa spjega li dan ifisser opportunita’ unika ghall-industrija lokali biex tippenetra swieq kbar.
Il-vantagg ta' dan ic-centru li ser ikun uniku fir-regjun tal-Ewropa, Lvant Nofsani u l-Afrika. Il-Ministru Gatt stieden biex permezz tal-kuntatti li l-industrija lokali ghandha mal-International Software Vendors, tattirahom biex jibdew joperaw minn pajjizna, ghaliex Malta ser tkun l-uniku pajjiz fl-Ewropa, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika li ser ikollha l-access ghas-source code tal-Microsoft.
Il-Ministru . Gatt qal li jekk irridu li dan is-settur ikun service industry qawwi daqs it-turizmu, bilfors irridu li jkun hemm konsistenza fil-politika f’dan il-qasam. Huwa spjega li hemm htiega ta' konsistenza minn kull livell, anke politikament, f’dan il-qasam. Huwa mportanti li ma jkunx hemm gvern li jimxi b'policy u imbaghad ikun hemm gvern iehor li jimxi b'politika differenti, bhal ma’ gara fil-passat. Madanakollu, din hija possibilta’ minhabba r-raguni semplici li sal-lum l-Oppozizzjoni Laburista ghad m’ghandiex spokesperson fuq dan il-qasam.
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932