Left arrow Mur Lura

Prospetti mill-aqwa għall-industrja tal-kostruzzjoni bi sħubija fl-UE

PR224
Date Icon 19/02/2003
Meta kien qed jitkellem waqt Seminar dwar materjal ghall-bini uservizzi ta’ restawr, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech qal li ninsabu lejlet deċiżjoni mportanti għall-futur ta’ pajjiżna. Se niddeċiedu dwar is-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ġimgħa li għaddiet ġieppubblikat stħarriġ kummissjonat mill-Malta Business Bureau, wara studju li sar mill-Professur Ali Bayar, li huwa l-President tal-Global Economic ModellingNetwork (EcoMed) u Professur ta’ l-Ekonomija fl-Universita’ ta’ Brussels, kif ukoll Kap ta’ l-Unit dwar l-Ekonomija Ewropea fid-Dipartiment ta’ l-Ekonomija Applikata fi Brussel.
Minn dan l-istħarriġ jirriżulta li bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea,l-aktar settur li mistenni jikber se jkun dak tal-kostruzzjoni. Jirriżulta li filwaqt li s-sħubija tissarraf f’żieda ta’ 8.96 fil-mija aktar xogħol u ta’ 6.56 fil-mija aktar impjiegi, f’każ li ma nissieħbux dan is-settur inaqqas l-attivita’ tiegħu b’0.95 fil-mija u l-impjiegi jonqsu b’0.96 fil-mija.
Francis Zammit Dimech qal li sinjal inkoraġġanti ieħor kien dak liqal Michael de Maria, il-President ta’ l-Association of Estate Agents, li f’intervista f’The Times tat-13 ta’ Jannar, 2003 qal li normalment dejjem ikun hemm slowdown u inċertezza fis-settur tal-proprjeta’ lejlet elezzjoni, iżda din id-darba għal xi raġuni jew oħra, dan ma seħħx.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li m’hemmx dubbjuli l-industrja tal-bini f’dawn l-aħħar erba’ snin marret tajjeb. Qal li jekk nieħdu l-perjodu Jannar/Settembru ta’ kull sena, minħabba li għad m’hemmx iċ-ċifri ta’ l-aħħar tliet xhur tas-sena l-oħra, insibu li sehem dan is-settur lejn il-Prodott Gross Domestiku kiber minn Lm24.9 miljun fl-1999 għal Lm35.2 miljun fl-2002, żieda ta’ Lm10.3 miljun jew 41.4 fil-mija.
Il-perċentwal tal-kontribut għall-Prodott Gross Domestiku żdiedminn 2.66 fil-mija għal 3.28 fil-mija, żieda ta’ 0.62 fil-mija jew 23.3 fil-mija.
Id-dħul mix-xogħol kiber minn Lm16.78 miljun għal Lm23.38 miljun,żieda ta’ Lm6.6 miljun jew 39.3 fil-mija.
Il-profitti żdiedu minn Lm8.1 miljun għal Lm11.8 miljun, żieda ta’Lm3.7 miljun jew 45.7 fil-mija.
L-impjiegi żdiedu minn 5,888 għal 6,692 f’settembru 2002, żiedata’ 804 impjieg jew 13.7 fil-mija.
Francis Zammit Dimech fakkar li s-settur tal-kostruzzjoni utal-proprjeta’ dejjem kien il-polz ta’ l-ekonomija u għalhekk m’hemmx dubju li l-ekonomija sejra tajjeb.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura fakkar kif sploda l-bejgħtal-proprjeta’ f’dawn l-aħħar erba’ snin. Hu qal li l-proprjeta’ li nbiegħet fl-aħħar erba’ snin aktar minn irdoppja. Ma jirriżultax li din iż-żieda kbira fil-bejgħ kienet riżultat ta’ xi bejgħ esaġerat lill-barranin.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li settur li żgurgħaddej b’ritmu tajjeb, u li mistenni jmur aħjar darba nissieħbu fl-UE, hu dak tar-restawr. Dr. Zammit Dimech qal li l-Gvern preżenti ħoloq l-infrastruttura biex bini storiku jiġi restawrat. Holoq il-Proġetti ta’ Riabilitazzjoni u l-Unit għar-Restawr, it-tnejn fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Hu qal li dawn bejniethom kienu qed jinvestu ‘l fuq minn miljun lira fis-sena f’restawr u riabilitazzjoni.
Francis Zammit Dimech qal li fl-istess waqt il-Gvern preżentifil-kuntratti li għamel mal-privat għal proġetti kapitali kbar qed jinsisti fuq restawr ta’ bini storiku. Dan seħħ sew fil-proġett tal-Kottonera, kif ukoll fil-Proġett ta’ Manoel Island u l-Ponta ta’ Tigne u l-Cruise Liner Passenger Terminal.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li bis-sħubija fl-UnjoniEwropea pajjiżna ikun jista’ japplika għal fondi biex iwettaq proġetti ta’ restawr. Hu qal li diġa tħejjiet id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex jintalbu fondi għal diversi proġetti ta’ restawr li ġew identifikati.
Francis Zammit Dimech qal li m’hemmx dubju li bis-sħubija fl-UnjoniEwropea, sew is-settur tal-kostruzzjoni u tal-bejgħ tal-proprjeta’, kif ukoll is-settur tar-restawr imorru ‘il quddiem u jaslu biex jikber l-investiment u jiżdiedu l-impjiegi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow