Left arrow Go Back

FTEHIM ĠDID STAT-KNISJA DWAR L-EDUCATION OFFICER (RELIĠJON) U R-RELIGIOUS COUNSELLORS

PR218
Date Icon 18/02/2003
Il-Gvern ta’ Malta u s-Santa Sede qablu li l-Education Officer (Reliġjon)għandu jkun uffiċjal tal-gvern magħżul minn fost il-membri tal-Knisja Kattolika, li jista’ jkun lajk. Huma qablu wkoll li r-Religious Counsellors fl-iskejjel ta’ l-istat għandhom ikunu taħt id-direzzjoni ta’ Koordinatur tar-Religious Counsellors, li għandu jkun ministru ordnat tal-Knisja Kattolika appuntat mill-Konferenza Episkopali Maltija.
Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn is-SantaSede u r-Repubblika ta’ Malta fuq l-Istruzzjoni u l-Edukazzjoni Reliġjuża Kattolika fl-Iskejjel ta’ l-Istat, li jipprovdi għall-arranġamenti l-ġodda, ġie ffirmat il-lum, it-Tlieta, 18 ta’ Frar 2003, fin-Nunzjatura Apostolika, Tal-Virtù.
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea,iffirma f’isem il-Gvern ta’ Malta. In-Nunzju Apostoliku, Mons. Arċisqof Luigi Conti, iffirma f’isem is-Santa Sede. Ftehim komplimentari li jagħti effett lill-provvedimenti l-ġodda ġie ffirmat mill-Ministru Galea u l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Ġużeppi Mercieca.
Il-Protokoll il-ġdid jgħid li l-EducationOfficer (Reliġjon), li sal-lum ried ikun ministru ordnat, issa jista’ jkun lajk, raġel jew mara, magħżul minn fost is-Subject Coordinators fl-Iskejjel ta’ l-Istat, skond il-ftehim eżistenti mal-Malta Union of Teachers. Fl-istess ħin, l-Education Officer (Reliġjon) għandu jkollu l-approvazzjoni mhux revokata tal-Konferenza Episkopali Maltija.
Rigward il-post ta’ Koordinatur tar-ReligiousCounsellors, li hija pożizzjoni ġdida, il-Protokoll jgħid li l-Konferenza Episkopali Maltija jkollha l-awtorità li, f’kull żmien, skond id-diskrezzjoni tagħha, tirtira l-appuntament ta’ Koordinatur tar-Religious Counsellors u tappunta ministru ordnat ieħor f’din il-pożizzjoni.
Il-Ministru Galea wera l-apprezzament tiegħu għaldan il-ftehim. Il-Ministru assikura lin-Nunzju Apostoliku u lil Mons. Arċisqof li l-Gvern Malti jibqa' jonora bis-sħiħ il-Ftehim eżisteni bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta' Malta biex il-Knisja f'pajjiżna tkompli toffri s-servizz edukattiv li jikkomplementa u jarrekkixxi s-sistema edukattiva f'pajjiżna u joffri għażla lill-ġenituri fl-edukazzjoni ta' wliedhom. Il-Knisja, stqarr il-Ministru, għaddiet lill-Gvern artijiet proprjetà tagħha biex dan seta' jitwettaq u b'hekk il-Gvern seta' jissussidja b'mod qawwi l-iskejjel tal-Knisja. Dan hu regolat bil-liġi Maltija ta' l-1991 dwar il-proprjetà ekkleżjastika.
In-Nunzju Apostoliku apprezza l-mod kif tmexxew id-diskussjonijietu ntlaħaq il-ftehim li wassal għal Protokoll Addizzjonali. Mons. Conti qal li dan il-proċess kien xiehda ħajja tar-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn il-Gvern u l-Knisja f'Malta. Huwa żied jgħid li dan il-ftehim mhux l-iżjed Ftehim Diplomatiku, imma att ta’ ġustizzja favur il-bniedem u l-aspirazzjonijiet spiritwali l-iżjed profondi tiegħu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow