Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI: Il-Verita` dwar il-fabbriki tal-hwejjeg

PR215
Date Icon 18/02/2003

L-istrategija tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni l-Onor. Dr. Alfred Sant hija dik li jipprova jizra` z-zerriegha tal-biza` fost il-poplu Malti u Ghawdxi, akkost ta’ kollox.

Ghaldaqstant, minkejja d-diversi cahdiet li saru mis-sidien u mill-management tal-kumpaniji koncernati, xorta wahda Dr. Alfred Sant kompla jirrepeti l-ismijiet ta’ l-entitajiet kummercjali li kien diga` semma f’okkazjonijiet precedenti. Anki jekk dawn il-kumpaniji cahdu kategorikament dak li ntqal dwarhom, xorta wahda l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Dr. Alfred Sant rega’ qed isemmihom bhal wiehed li qed ilissen litanija li tghallimha bl-amment u li qed jipprova jdahhalha f’mohh ta’ minn qed jisimghu bl-isforz tar-ripetizjoni.

Fl-ahhar mass meeting li ghamel fil-Mosta, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, ma’ din il-litanija, irrefera wkoll ghall-‘fabbriki tal-hwejjeg’. Dr. Alfred Sant hawnhekk zbalja bil-kbir. Ghaliex, kontra dak li qed isostni l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, filwaqt li bi shubija jinholqu opportunitajiet godda ghal qasam tat-tessuti f’pajjizna, bil-partnership kif propost minnu, mhux biss dawn il-fabbriki jintlaqtu hazin izda, l-maggoranza taghhom (specjalment dawk li jipproducu l-jeans) jissugraw li jkollhom jghalqu.

Kulhadd jaf kif il-qasam tat-tessuti jrid ihabbat wiccu ma’ kompetizzjoni internazzjonali qalila, rizultat tal-pagi baxxi f’bosta pajjizi, inkluz it-Tunezija girien taghna. Jekk minkejja dan, xorta wahda ghad ghandna numru ta’ fabbriki f’Malta li jipproducu l-hwejjeg (principalment jeans) u li jhaddmu bejniethom fuq l-2,000 ruh, dan huwa r-rizultat ta’ zewg fatturi principali.

  1. L-ewwelnett, il-fatt li Malta tista’ tesporta qliezet ta’ l-irgiel (inkluz jeans) lejn l-Unjoni Ewropea minghajr dazju.
  2. It-tieni, minhabba l-investiment qawwi li sar f’dawn l-ahhar snin, mill-operaturi f’dan il-qasam gewwa Malta, f’makkinarju avanzat ghall-hasil (stone washing) u ghal finishing tal-jeans.

1. L-Esportazzjoni bla dazju lejn l-UE, fil-prezent, hija possibli minhabba deroga specjali li Malta inghatat fl-1970, meta pajjizna ffirma l-ftehim ta’ Assocjazjoni ma’ l-UE. Dan il-ftehim jippermetti, b’mod eccezjonali, li Malta tesporta qliezet ta’ l-irgiel (inkluz jeans) lejn il-UE minghajr hlas ta’ dazju, minkejja li dawn il-hwejjeg jinhadmu f’Malta minn drapp impurtat. Kieku ma kienetx ghal din id-deroga, il-jeans esportati minn Malta kienu jehlu taxxa ta’ iktar minn 12% meta jigu impurtati fl-UE. Bi 12% iktar fl-ispejjez taghhom, il-fabbriki f’Malta ma kienux jistghu jibqghu kompetittivi.

Originarjament, din id-deroga inghatat ghall-perjodu ta’ ghaxar snin izda, minn dak in-nhar, b’mod eccezjonali, giet imgedda sal-gurnata tal-lum. Mas-shubija ta’ Malta fl-UE, din id-deroga ma jibqax iktar bzonn taghha ghaliex, bhala membru ta’ l-UE, dak li tipproduci Malta ikun diga` awtomatikament parti mis-suq uniku Ewropew u l-ebda dazju ma japplika iktar. Minn naha l-ohra, li kieku Malta kella tipprova tinnegozja xi forma ta’ ‘partnership’ ma’ l-UE, din id-deroga tintilef zgur.

Biex Malta, fil-kuntest ta’ partnership, tinghata din it-tip ta’ deroga, jkollhom jaccettaw mhux biss – il 15 pajjiz membru attwali, izda wkoll il-membri futuri ta’ l-UE, kif ukoll il-pajjizi fi hdan il-EEA (European Economic Area), kif ukoll l-Izvizzerra, kif ukoll il-pajjizi kollha tal-Mediterran li maghhom l-UE ghandha ftehim ghal zona ta’ kummerc hieles. Izda, dan zgur mhux probabbli, anzi nistghu neskluduh ghal kollox.

F’dawn l-ahhar ghaxar snin, deroga ta’ dan it-tip ma inghatat lil ebda wiehed mill-pajjizi li kkonkludew ftehim ghal zona ta’ kummerc hieles ma’ l-UE. Deroga bhal din ma inghatat la lit-Tunezija, la lill-Marokk u lanqas lil-Lebanon, l-ahhar pajjiz fil-Mediterran li kkonkluda ftehim ma’ l-UE, liema pajjiz kien ghamel talba specifika ghal deroga izda li giet irrifjutatha. Minghajr din id-deroga, il-fabbriki tal-jeans f’Malta jaqilghu daqqa ta’ harta serja. Difficli li jibqghu kompetittivi. Difficli li jkampaw.

2. B’kuntrast ma’ dan ix-xenarju li ghandu jhasseb bil-kbir lil kull min huwa midhla tas-settur tat-tessuti; shubija fl-UE tghati sigurta` addizjonali u nifs gdid lill-fabbriki tal-hwejjeg f’Malta. Fi ftit kliem, xi whud mill-iktar kunsiderazzjonijiet rilevanti, fil-kaz ta’ shubija, huma:

  • Il-kapacita` tal-kumpaniji Maltin li jesportaw lejn il-UE ma tibqax iktar ristretta ghad-deroga, li semmejna iktar ‘il fuq, li tkopri biss qliezet ta’ l-irgiel, izda jkunu jistghu ukoll jesportaw minghajr dazju qliezet tan-nisa u hwejjeg ohra.
  • Jinfethu swieq ohra, bhal dawk ta’ l-Isvizzera u n-Norvegja. Illum kumpanija Maltija li tipprova tesporta lejn l-Izvizzera thallas dazju ta’ xi 18%.
  • Tizdied hafna il-flessibilta` ghall-fabbriki f’Malta ghal dak li ghandu x’jaqsam mar-regoli tal-UE dwar ir-rules of origin u l-value added, b’mod li pajjizna jkompli jsir iktar kompettitiv fl-oqsma tal-washing u tal-finishing tal-jeans, liema oqsma joffru l-ahjar prospettivi ghall-zvilupp futur tal-qasam tat-tessuti f’Malta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow