Jibda kors għall-Facilitators fl-Universita'
PR214
18/02/2003
| Fuq inizjattiva tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, ġie inawgurat kors fl-Universita' | ta' Malta mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Louis Galea, għal facilitators li jagħtu servizz ta' appoġġ edukattiv lil studenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel. Il-kors hu organizzat mill-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni u tfassal wara diskussjonijiet mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Il-kors għandu jwassal għal Diploma in Facilitating Inclusive Education. Qed jieħdu sehem fil-kors pareċipanti li diġa' għamlu korsijiet oħra organizzati apposta f'dan il-qasam u li diġa' qegħdin jagħtu servizz lil studenti b'diżabilita'. |
| Il-kors se jkompli jagħti lill-parteċipanti | tagħrif akademiku u formazzjoni professjonali u taħriġ meħtieġa, speċjalment f'oqsma aktar speċjalizzati u f'diżabiltajiet speċifiċi. Fl-istess ħin, il-kors se jkompli jsaħħaħ is-sistema ta' edukazzjoni inklussiva li ngħatat spinta qawwija fl-iskejjel primarji u sekondarji f'dawn l-aħħar snin. Il-facilitators se jkunu jistgħu jiżviluppaw b'mod professjonali l-Programm Edukattiv Individwali li jeħtieġ kull student b'diżabilita'. |
| Dawk li jikkwalifikaw minn dan il-kors se jgawdu minn | titjib sostanzjali fis-salarji tagħhom u fl-istess ħin se jagħtu servizz komplet lill-istudenti b'diżabilita' aktar minn qatt qabel. |
| Biex jiġi organizzat dan il-kors u tkompli titjieb | is-sistema edukattiva inklussiva fl-iskejjel kienu saru diskussjonijiet mal-Malta Union of Teachers u konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżbilita' li ħallew riżultati pożittivi ħafna fl-aħjar interess ta' l-istudenti. |
| 222 partecipant ikkwalifikaw biex jieħdu sehem f'dan | il-kors f'livell ta' diploma. Bħalissa hemm 734 student li għaddew mill-iStatementing Moderating Panel u ngħataw servizz edukattiv addizzjonali permezz ta' facilitator. 374 student jingħataw servizz ta' facilitator ma' kull student (one to one) filwaqt li 350 student jingħataw is-servizz ma' studenti oħrajn. Il-facilitators huma mistennija jagħtu sapport edukattiv ukoll lil tfal oħrajn u lill-għalliema fil-klassi u mhux biss lill-istudenti taħt l-attenzjoni tagħhom. |
| Minbarra l-għajnuna ta' facilitators, studenti li | jeħtieġu appoġġ partikulari qed jingħataw servizz minn Complementary Education Teachers fil-livell primarju kif ukoll permezz ta' servizzi oħrajn ta' terapija. |
| Il-Ministru Louis Galea waqt it-tnedija tal-kors | tkellem mal-facilitators dwar ir-rwol importanti li għandhom biex kulħadd jingħata edukazzjoni ta' kwalita' u li kulħadd jingħata l-opportunita' jilħaq il-milja tiegħu. Il-Ministru qal li pajjiżna daħal għall-isfida li joħloq soċjeta' inklussiva li tirrikjedi impenn qawwi minn dawk kollha involuti u li teħtieġ ukoll bidla fil-kultura. Hu qal li illum il-kunċett ta' l-inklussivita' mhux biss kunċett fuq il-karta iżda hu kunċett li għandu s-saħħa legali tal-liġi dwar l-opportunitajiet indaqs. |
| Il-Ministru qal li sar ħafna xogħol f'dawn l-aħħar | snin biex is-sistema ta' l-Istatementing titjieb u l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati aħjar u f'anqas żmien. Madankollu, qal il-Ministru, irridu naħdmu biex naraw li filwaqt li nipprovdu l-appoġġ meħtieġ ma nkunux qed noħolqu emarġinazzjoni fl-istess klassi. Il-Ministru spjega li filwaqt li fil-bidu il-kunċett kien wieħed ta' facilitator ma kull student b'diżabilita' issa qed noqorbu lejn l-idea ta' facilitator tal-klassi. Il-Ministru temm jgħid li din ukoll se tfisser bidla fil-kultura u teħtieġ l-impenn tal-ġenituri, l-għalliema u l-iskejjel. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932