Left arrow Mur Lura

KRITIKA BLA BAŻI U DIŻONESTA FIL-KONFRONT TAL-KUMMISSJONI ELETTORALI

PR212
Date Icon 17/02/2003

Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qed juri diżonestà politika fil-kritika bla bażi lejn il-Kummissarju Elettorali Ewlieni u l-Kummissjoni Elettorali. Il-bieraħ, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għamel referenza għall-faċilitajiet ta’ titjiriet bl-irħis ma’ l-Air Malta għal dawk in-nies li jixtiequ jiġu Malta biex jivvutaw fir-Referendum tat-8 ta’ Marzu.

Il-ftehim ma’ l-Air Malta biex jinħarġu dawn il-biljetti sar mill-Gvern fil-31 ta’ Jannar 2003 u skond ir-Riżoluzzjoni 200g ta’ l-International Air Transport Association(IATA) u mhux mill-Kummissjoni Elettorali. Il-pubbliku u l-media kollha, ġew infurmati b’dan l-arranġament permezz ta’ stqarrija għall-Istampa maħruġa mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni fil-5 ta’ Frar 2003.

Ta’ min ifakkar lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li l-istess ftehim u proċedura ntużaw fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Settembru 1998, meta hu kien Prim Ministru.

Faċilità simili ilha tiġi offruta sa mill-Elezzjoni Ġenerali ta’ l-1976.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow