Left arrow Mur Lura

organizzata minn Nature Trust (Malta) Release No. 210

PR210
Date Icon 17/02/2003

Bħala parti mill-Pjan ta’ Żvilupp Rurali, il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u s-Sajd jinsab impenjat biex itejjeb il-kwalità ta’ l-ambjent rurali, inaqqas it-telf tal-ħamrija u ta’ l-ilma permezz ta’ miżura li titratta l-manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ. Il-Ministeru jemmen li permezz tal-manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ il-pajsaġġ rurali se jitjieb.

Dan stqarru l-Ministru għall-Agrikultura u Sajd, l-Onor. Ninu Zammit meta f’Ħal Far, tnieda l-ewwel proġett taħt il-Programm għall-Iżvilupp Rurali.

Il-Ministru Zammit, li segwa xogħol ta’ bini ta’ħitan tas-sejjieħ fi sqaq li kellu jitwessa’ biex isir aċċessibbli għal makkinarju użat mill-bdiewa, qal li dan il-proġett hu marbut mat-tiswija u manutenzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ, b’mod partikolari dawk il ħitan tas-sejjieħ li jservu bħala lqugħ għall-ħamrija.
Hu fakkar li għal din is-sena l-Unjoni Ewropea setipprovdi 3.2 miljun Ewro, jiġifieri madwar Lm1,350,000, bħala fondi ta’ qabel is-sħubija għall-Programm ta’ Żvilupp Rurali. Permezz ta’ dawn il-fondi, il-Gvern se jkun jista’ jipprovdi assistenza finanzjarja għal proġetti marbuta mal-ħitan tas-sejjieħ.
Biex jintlaħaq dan l-iskop, il-Ministeru ta’ l-Agrikulturase jagħmel survey dwar l-istat tal-ħitan tas-sejjieħ. Din l-iskema se titmexxa mill-Fergħa tar-Raba’ u l-Ilma fi ħdan id-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali.
Wara li jsir dan is-survey mill-QuantitySurveyors tad-Dipartiment, il-Gvern se jipprovdi assistenza ta’ madwar 500,000 Ewro mill-fondi provduti għall-Programm ta’ Żvilupp Rurali matul din is-sena kif ukoll ammont sostanzjalment akbar ta’ madwar 8,000,000 Ewro għal tliet snin wara li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.
Ninu Zammit fisser li f’dan il-proġett ta’manutenzjoni u bini ta’ ħitan tas-sejjieħ hemm żewġ rati ta’ ħlas. L-ewwel rata għall-bini tal-pedamenti hi ta’ Lm45 kull qasba kwadra, filwaqt għall-bini ’l fuq mill-wiċċ il-ħamrija r-rata se tkun ta’ Lm35 il-qażba kwadra.

Tagħrif dwar l-applikazzjonijiet għal għajnuna

L-applikazzjonijiet għal din l-għajnuna se jibdewjintlaqgħu minn nhar it-Tnejn li ġej.
Kull applikant irid jippreżenta l-applikazzjonitiegħu fuq il-formola uffiċjali li se tkun tista’ tinkiseb mid-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali. Kull applikazzjoni trid tinkludi magħha d-dokumenti kollha meħtieġa u tkun suġġetta għall-verifika kif ukoll spezzjoni fil-post minn naħa tal-Quantity Surveyors.
L-applikazzjoni għas-surveying trid tiġirreġistrata fil-Fergħa tar-Raba’ u l-Ilma, l-Għammieri, il-Marsa, jew fl-Uffiċċju tas-Servizzi Agrikoli, Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp, Pjazza San Franġisk, Victoria, Għawdex, bejn is-17 ta’ Frar u t-28 ta’ Marzu 2003.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mid-Dipartimentta’ l-Iżvilupp Rurali fuq in-numru tat-telefon 21 493 170/1 jew bil-fax fuq 21 493 176. L-applikazzjonijiet jistgħu jibdew jinġabru mill-17 ta’ Frar 2003 minn dawn l-Uffiċċji ta’ l-Extension Services:
Ħaż-Żabbar - s-Sur C. Abela 21 674147Is-Siġġiewi - s-Sur G Schembri 21 465858 Ir-Rabat - s-Sur J. Muscat 21 456590 Il-Mosta - s-Sur V. Schembri 21 413158
Ir-reġistrazzjoni għal dan is-survey se ssirfl-uffiċċju tal-Fergħa tar-Raba’ u l-Ilma fiċ-Ċentru għal Riċerka u Żvilupp, Għammieri, Marsa, filwaqt li f’Għawdex dan għandu jsir fil-Fergħa ta’ l-Agrikoltura fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp, Pjazza San Franġisk, Victoria, Għawdex, (dħul minn quddiem is-seminarju) bejn is-17 ta’ Frar u 28 ta’ Marzu 2003.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow