Left arrow Mur Lura

IL-PARTIT LABURISTA JERGA JIGI KKOREGUT

PR206
Date Icon 16/02/2003
Kuntrarjament ghal dak li pprova jinsinwa l-kelliemi ewlieni Laburistaghall-Edukazzjoni l-Onor Evarist Bartolo, bi shubija fl-Unjoni Ewropea, l-Gvern ghandu kull dritt ikompli jaghti ghajnuna finanzjarja lill-iskejjel tal-Knisja.
Jidher li l-kampanja Laburista ta’ tnissil ta’bizghat mhi ser taqta xejn f’dawn l-ahhar gimghat qabel ir-referendum dwar l-ishubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Fl-Unjoni Ewropea, l-ghajnuna li jsemmi l-OnorBartolo,mhix kunsidrata li taqa taht ir-regoli tal-ghajnuna mill-Istat. Fil-fatt hemm gvernijiet fl-UE li jaghtu ghajnuna lill-iskejjel f'pajjizhom, kemm privati kif wkoll tal-Knisja.
Ta’ min ifakkar ukoll li l-ghajnuna li jaghti l-Gvernlill-iskejjel tal-Knisja hija marbuta mal-ftehim li kien sar bejn l-Istat Malti u s-Santa Sede f' Novembru 1991.
B’hekk huwa assolutament mhux minnu illi shubija b’ximod ikollha xi effett fuq l-ghajnuna li jaghti l-Gvern lill-iskejjel tal-Knisja.
Huwa tassew ironiku li l-Partit Laburista, wara lifil-passat tant holoq problemi ghall-iskejjel tal-Knisja, sa ma wasal biex jaghlaqhom, issa qieghed taparsi jaqbez ghalihom.
Il-poplu ghandu quddiemu ghazla importanti. Mhux sewli f’dan il-mument tant krucjali, ikun hemm min jipprova jhawwad l-imhuh u jbezza’ lill-poplu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow