IL-PARTIT LABURISTA JERGA JIGI KKOREGUT
PR206
16/02/2003
| Kuntrarjament ghal dak li pprova jinsinwa l-kelliemi ewlieni Laburista | ghall-Edukazzjoni l-Onor Evarist Bartolo, bi shubija fl-Unjoni Ewropea, l-Gvern ghandu kull dritt ikompli jaghti ghajnuna finanzjarja lill-iskejjel tal-Knisja. |
| Jidher li l-kampanja Laburista ta’ tnissil ta’ | bizghat mhi ser taqta xejn f’dawn l-ahhar gimghat qabel ir-referendum dwar l-ishubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. |
| Fl-Unjoni Ewropea, l-ghajnuna li jsemmi l-Onor | Bartolo,mhix kunsidrata li taqa taht ir-regoli tal-ghajnuna mill-Istat. Fil-fatt hemm gvernijiet fl-UE li jaghtu ghajnuna lill-iskejjel f'pajjizhom, kemm privati kif wkoll tal-Knisja. |
| Ta’ min ifakkar ukoll li l-ghajnuna li jaghti l-Gvern | lill-iskejjel tal-Knisja hija marbuta mal-ftehim li kien sar bejn l-Istat Malti u s-Santa Sede f' Novembru 1991. |
| B’hekk huwa assolutament mhux minnu illi shubija b’xi | mod ikollha xi effett fuq l-ghajnuna li jaghti l-Gvern lill-iskejjel tal-Knisja. |
| Huwa tassew ironiku li l-Partit Laburista, wara li | fil-passat tant holoq problemi ghall-iskejjel tal-Knisja, sa ma wasal biex jaghlaqhom, issa qieghed taparsi jaqbez ghalihom. |
| Il-poplu ghandu quddiemu ghazla importanti. Mhux sew | li f’dan il-mument tant krucjali, ikun hemm min jipprova jhawwad l-imhuh u jbezza’ lill-poplu. |
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932